Is-Segretarju Parlamentari għaż-Zgħażagħ u Sport jiltaqa’ mal-kontinġent Malti tal-Ispecial Olympics
pr1646
10/09/2010
L-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport iltaqa’ mal-kontinġent Malti magħmul minn 20-il atleta li se jkunu qed jirrapreżentaw lill-pajjiżna fil-Polonja fil-kampjonati tal-iSpecial Olympics Ewropej li se jsiru bejn 18 u l-24 ta’ Settembru.
| Għal | din il-kompetizzjoni Malta se tkun qed tikkompeti fl-atletika u fil-bowling. |
| Fil-Polonja il-kontiġent Malti li se jkun | akkumpanjat mill-ġenituri tal-atleti Maltin se jipparteċipaw 58 pajjiż li b’kollox se jieħdu sehem 1,600 atleta u 600 coach. Apparti l-kompetizzjoni li se jieħdu sehem fiha Maltin qabel il-ftuħ u matul il-kampjonati l-atleti se jkollhom ukoll programmi ta’ żjarat kulturali, u programmi ta’ divertiment. |
L-Onor. Puli ltaqa’ personalment mal-atleti kollha u awguralhom avventura sportiva mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbhom. Is-Segretarju Parlamentari sostna li la ntgħażlu biex jirrapreżentaw lill-pajjiżhom f’din il-kompetizzjoni diġa għandhom iħossuhom kburin u rebbiħin. Hu żied li l-Gvern dejjem appoġja u se jkompli jappoġja lill-iSpecial Olympics.
| It-Torċa | Olimpika telqet mill-Greċja u għaddiet mill-Italja, r-Renju Unit, il-Portugal u se tasal f’Varsavja fit-18 ta’ Settembru. |
| Il-kontinġent | Malti se jasal lura Malta fl-24 ta’ Settembru bil-lejl. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990