Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Zgħażagħ u Sport jiltaqa’ mal-kontinġent Malti tal-Ispecial Olympics

pr1646
Date Icon 10/09/2010

L-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport iltaqa’ mal-kontinġent Malti magħmul minn 20-il atleta li se jkunu qed jirrapreżentaw lill-pajjiżna fil-Polonja fil-kampjonati tal-iSpecial Olympics Ewropej li se jsiru bejn 18 u l-24 ta’ Settembru.

Għaldin il-kompetizzjoni Malta se tkun qed tikkompeti fl-atletika u fil-bowling.
Fil-Polonja il-kontiġent Malti li se jkunakkumpanjat mill-ġenituri tal-atleti Maltin se jipparteċipaw 58 pajjiż li b’kollox se jieħdu sehem 1,600 atleta u 600 coach. Apparti l-kompetizzjoni li se jieħdu sehem fiha Maltin qabel il-ftuħ u matul il-kampjonati l-atleti se jkollhom ukoll programmi ta’ żjarat kulturali, u programmi ta’ divertiment.

L-Onor. Puli ltaqa’ personalment mal-atleti kollha u awguralhom avventura sportiva mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbhom. Is-Segretarju Parlamentari sostna li la ntgħażlu biex jirrapreżentaw lill-pajjiżhom f’din il-kompetizzjoni diġa għandhom iħossuhom kburin u rebbiħin. Hu żied li l-Gvern dejjem appoġja u se jkompli jappoġja lill-iSpecial Olympics.

It-TorċaOlimpika telqet mill-Greċja u għaddiet mill-Italja, r-Renju Unit, il-Portugal u se tasal f’Varsavja fit-18 ta’ Settembru.
Il-kontinġentMalti se jasal lura Malta fl-24 ta’ Settembru bil-lejl.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow