UŻU AKTAR SOSTENIBBLI TAL-ILMA TAX-XITA F’GĦAWDEX
pr1645
10/09/2010
| “Wieħed mill-oġġettivi | tal-Ministeru għal Għawdex f’dak li jirrigwarda t-twettiq tal-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex ġżira ekoloġika, huwa l-programm ta’ tindif u manutenzjoni ta’ lqugħ tal-ilma fil-widien sabiex tkun massimizzata l-ħażna tal-ilma tax-xita u l-użu tiegħu fil-gżira ta’ Għawdex. Fil-fatt huwa kkalkulat li t-tindif li sar fil-wied ta’ Marsalforn se jirriżulta f’ħażna akbar ta’ ilma tax-xita.” |
| Dan qalitu dalgħodu | l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono waqt żjara li għamlet f’dan il-wied li jinsab bejn ir-Rabat u l-bajja ta’ Marsalforn. L-Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex l-Onor. Frederick Azzopardi u uffiċjali oħra fl-istess Ministeru kienu wkoll preżenti għal din iż-żjara. Il-Ministru Giovanna Debono ħabbret li x-xogħlijiet bdew f’Awwissu li għadda wara li saret konsultazzjoni estensiva mal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar il-postijiet li setgħu jitnaddfu u l-aħjar proċeduri ta’ tindif li kellhom jiġu segwiti sabiex ikun hemm l-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent naturali fl-inħawi. Hija żiedet tgħid li sa issa fil-wied ta’ Marsalforn sar it-tindif f’wieħed mill-ilqugħ filwaqt li hu mistenni li jkompli x-xogħol fuq t-tieni lqugħ f’dan il-wied. Il-Ministru Debono spjegat kif il-ħamrija li qed tinġabar waqt dan it-tindif se tintuża fil-proġetti ta’ afforestazzjoni mmexxijja mill-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li l-ġebel li qed jinġabar se jintuża għall-bini tal-ħitan tas-sejjieħ f’dawn il-proġetti u kif ikun meħtieġ. |
| Fil-ġimgħat li għaddew, il-Ministru għal Għawdex | żaret il-Wied ta’ Żejta, li jinsab viċin il-wied ta’ Marsalforn. Minbarra li sar tindif ta’ żewġ ilqugħ tal-ilma, inġabar ukoll ammont sostanzjali ta’ skart li twaddab b’mod vandalu f’dawn l-inħawi. Sadanittant, tlesta wkoll ix-xogħol ta’ manutenzjoni li kien meħtieġ isir fuq wieħed mill-ilqugħ f’dan il-wied. |
| Fi | programm tal-Ministeru għal Għawdex mifrux fuq tliet snin, huwa ppjanat li jiġu mnaddfa l-ilqugħ ta’ ilma tax-xita li jinsabu fil-widien prinċipali madwar Għawdex, fejn l-ambjent naturali tal-post jippermetti. Dan sabiex jiġu mtejba l-faċilitajiet għall-ħażna tal-ilma tax-xita fix-xhur tax-xitwa u għalhekk inqas minn dan l-ilma jintilef fil-baħar. Huwa mistenni li dan ikun ta’ benefiċċju għas-settur agrikolu u b’hekk il-bdiewa jagħmlu inqas pressjoni fuq il-water-table. Il-pjan ta’ azzjoni tal-Ministeru għal Għawdex għas-snin li ġejjin mistenni li jindirizza l-bilanċ negattiv ta’ ilma tax-xita fil-gżira u għalhekk jagħmel l-użu tal-ilma f’Għawdex aktar sostenibbli. |
| Dan il-proġett huwa | wieħed fost it-80 proposta tal-pjan ta’ azzjoni dwar il-viżjoni eko-Għawdex għal perjodu 2010-2012 li permezz tagħhom, il-Ministeru għal Għawdex għandu l-għan li jgħolli l-istandards ta’ żvilupp sostenibbli fil-gżira. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990