Left arrow Mur Lura

AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)

pr1644
Date Icon 10/09/2010
L-Awtorita’ ta’ Ġestjoni f’Malta għall-Politika ta’Koeżjoni 2007-2013, id-Dipartiment għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tgħarraf li fil-gimgħat li ġejjin se tniedi sejħa għall-proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013.
Applikanti eliġibbli se jkunu mistiedna jibagħtul-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorita’ li ġej tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittivita’ għal Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’.
Assita’ Prijorita’ 2: Il-Promozzjoni ta’ Turiżmu Sostenibbli
Settur: Żvilupptal-Prodott u Żvilupp ta’ swieq turistiċi partikulari u speċifiċi u ‘Branding’- Is-sejħa hi ristretta għal interventi minn Entitajiet Pubbliċi bil-għan li jappoġġjaw it-titjib tal-prodott turistiku kif indikat fid-dokument ‘Tourism Policy for the Maltese Islands 2007 – 2011’. B’mod partikulari, l-interventi għandhom jimmiraw li jtejbu u jiżviluppaw il-prodott turistiku, inklużi l-eżistenti beni kulturali nazzjonali, sabiex tittejjeb l-esperjenza turistika li joffru l-gżejjer Maltin. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fis-sejħa li se toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
It-totalindikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa huwa ta’ €42 miljun. Il-proposti għandhom jibqgħu taħt il-baġit tas-sejħa, iżda l-Awtorita’ ta’ Ġestjoni żżomm id-dritt li tagħti aktar proġetti, jekk jidhrilha li dan hu xieraq u skont il-miri tal-Programm Operattiv.
Dinis-sejħa hi ristretta BISS għal dawk il-proġetti li MA JINVOLVUX  implikazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat.

Is-sejħa nnifisha kif ukoll in-notifika dwar Sessjonijiet ta’ Informazzjoni relatati se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin fuq il-midja lokali u fuq il-paġna elettronika tal-PPCD www.ppcd.gov.mt/calls_all.  Il-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata mas-sejħiet (inkluża l-lista tal-azzjonijiet eliġibbli) se jkunu aċċessibbli fuq din l-istess paġna ladarba titnieda s-sejħa.

Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt

Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti żmien biżżejjed għat-tħejjija tal-proġetti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow