L-INNOVAZZJONI HI Ċ-ĊAVETTA GĦAL ŻVILUPP SOSTENIBBLI
pr1643
10/09/2010
| l-Kunsilli Lokali ta’ | Ħad Dingli u San Lawrenz ippreżentaw il-Pjani Strateġiċi dwar Sostenibilita’ għal-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Dawn ir-rapporti jindirizzaw l-isfidi demografiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali li għandhom dawn il-komunitajiet u fihom numru ta’ proposti konkreti dwar żvilupp sostenibbli. |
| Waqt konferenzi | tal-aħbarijiet separati li saru flimkien mas-Sindku ta’ Ħad Dingli Ian Borg u mas-Sindku ta’ San Lawrenz Noel Formosa, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Said qal li għalkemm ir-rapporti tfasslu b’mod indipendenti minn xulxin, dawn jindikaw li l-innovazzjoni għandha tkun iċ-ċavetta għal lokalitajiet sostenibbli. |
| Chris Said fakkar li | dawn ir-rapporti huma biss tnejn minn tlieta li l-Gvern iffinanzja tul l-2009 u tfasslu minn esperti f’oqsma differenti li kienu mqabbdin apposta. |
| Ir-rapport imfassal | għall-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, Strateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli – Dingli 2020 jitkellem dwar l-oqsma soċjali u ambjentali. L-istess rapport jiffoka fuq kif Ħad Dingli jista’ jnaqqas id-dipendenza tiegħu fuq l-enerġija tradizzjonali u jinvesti iżjed f’sorsi rinnovabli tal-enerġija. Jinkludi wkoll pjan ta’ azzjoni rigward l-użu ta’ enerġija alternattiva fiċ-Ċentru Ċiviku u għal-lokalita’ kollha. |
| Dan ir-rapport | jinvestiga wkoll metodi kif il-ħajja rurali tal-komunita’ ta’ Ħad Dingli tista’ tittejjeb u kif il-lokalita’ għandha l-obbligu li tħares is-sostenibbilita’ tar-riżorsi kulturali tagħha. Hu stmat li Ħad Dingli jilqa’ madwar 400,000 turist fis-sena. F’dan il-kuntest ir-rapport jagħmel sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-ħarsien tal-wirt storiku, rurali, u kulturali; dwar it-trasport u t-traffiku; u dwar l-użu tat-teknoloġija. |
| Ir-rapport imfassal | għall-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz, ‘The San Lawrenz Village-Square Eco-Tourism Project’, jipproponi metodi kif il-komunita’ tista’ tiġġenera biżżejjed attivita’ ekonomika mingħajr ma tħalli effett fuq l-ambjent. Fl-istess ħin ir-rapport jidentifika metodi kif jista’ jgħaqqad flimkien it-tliet zoni li jiffurmaw dan ir-raħal Għawdxi – iz-zona kostali, ir-raħal innifsu u z-zona li tifridhom. |
| Ir-rapport jipproponi | t-tiswija u l-manutenzjoni tal-infrastruttura fosthom ħitan tas-sejjieħ u toroq; l-introduzzjoni ta’ servizz bil-mini-bus li jgħaqqad San Lawrenz mal-Għasri, mal-Għarb, u mar-Rabat; il-promozzjoni tal-benefiċċji tal-użu tar-roti; it-twaqqif ta’ Ċentru għal Stil ta’ Ħajja Sostenibbli li jfassal korsijiet dwar il-ħajja rurali, ikel tipiku, l-użu ta’ trasport sostenibbli, u dwar il-Heritage Park tal-Qawra/id-Dwejra; il-promozzjoni ta’ San Lawrenz fost koppji żgħażagħ sabiex jitħajru jixtru dar hemm; l-użu ta’ enerġija alternattiva mid-djar kollha; u r-restawr u t-tisbiħ ta’ binjiet u spazji pubbliċi importanti fosthom il-faċċata tal-Knisja Parrokkjali, ir-restawr ta l-isqaqien kollha kif ukoll tal-pjazza ewlenija. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said faħħar l-inizjattivi taż-żewġ Kunsilli Lokali u fisser ir-rapporti bħala essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn il-lokalitajiet fis-snin li ġejjin. Hu ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jassiguraw it-twettiq tal-proposti li ħarġu minn dawn ir-rapporti. |
| Chris Said qal li | minbarra t-tliet rapporti finanzjati mill-Gvern tul l-2009, din is-sena l-Gvern qed jiffinanzja tmien pjani strateġiċi. Il-proġetti jinkludu wieħed imressaq minn konsorzju magħmul minn seba’ Kunsilli Lokali (Birkirkara, Santa Venera, l-Imsida, Ta’ Xbiex, Ħal Lija, Ħal Balzan, u l-Iklin) bi sħab mal-Kulleġġ Santa Tereża. Is-seba’ pjani l-oħra tressqu b’mod individwali mill-Kunsilli Lokali taż-Żejtun, Għajnsielem, l-Għarb, il-Kalkara, Ħal Kirkop, il-Mellieħa u r-Rabat f’Malta. |
| Chris Said qal li l-Gvernijiet | Lokali għandhom rwol edukattiv ewlieni fil-ħidma lejn żvilupp sostenibbli. Dan għaliex huma l-eqreb entitajiet amministrattivi u eżekuttivi għaċ-ċittadini. Hu qal li s-suċċess tal-kisbiet tal-Kunsilli Lokali għandhom jitkejlu min-numru ta’ inizjattivi pożittivi li jieħdu u mill-effett li dawn iħallu fuq il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990