Left arrow Mur Lura

REVIŻJONI TAR-REĠISTRU ELETTORALI GĦALL-ELEZZJONIJIET ĠENERALI

pr1642
Date Icon 10/09/2010
Il-KummissjonarjuElettorali Prinċipali jgħarraf illi d-data tal-għeluq għar-Reġistru Elettorali għall-Elezzjonijiet Ġenerali, rivedut, li jmissu jkun ippubblikat f’Ottubru hija t-30 ta’ Settembru, 2010.
Il-persuni kollha ta’nazzjonalita’ Maltija li għandhom 18-il sena u fuqhom u li isimhom ma jidhirx fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f’April 2010, u li għadhom ma applikawx għar-reġistrazzjoni bħala votanti, għandhom japplikaw kemm-il darba jkollhom il-kwalifiki neċessarji. Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu mill-Għases tal-Pulizija, mill-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u mill-Uffiċċju Elettorali f’Malta u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’ f’Għawdex. Dawn il-formoli jistgħu jitniżżlu wkoll mill-website - www.electoral.gov.mt
Huwa fl-interesstal-votanti reġistrati li jivverifikaw li l-partikolaritajiet personali tagħhom, kif jidhru fir-Reġistru Elettorali ta’ April 2010, huma korretti. Għandhom ukoll jaraw li l-isem jew in-numru tad-dar, l-isem tat-triq kif ukoll in-numru tal-karta tal-identita’ tagħhom jidhru sewwa fl-imsemmi Reġistru. Il-votanti reġistrati għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju Elettorali b’kull tibdil/korrezzjoni li jkunu meħtieġa.
Għall-konvenjenza ta’dawk li jixtiequ japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew għal tibdil/korrezzjoni fir-Reġistru Elettorali, l-Uffiċċju Elettorali jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7.30 a.m. sas- 2.00 pm., l-Erbgħa, mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m., u s-Sibt, mis-7.30 a.m. sal-10.30 a.m.
L-istess faċilitajietjingħataw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’ fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.
L-applikazzjonijietkollha jistgħu jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali li qiegħed f’Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, l-Belt Valletta, fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, JEW jingħataw lil xi Uffiċjal tal-Pulizija f’xi waħda mill-Għases tal-Pulizija f’Malta u f’Għawdex JEW jintbagħtu lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali bil-posta, MHUX AKTAR TARD MIT-30 TA’ SETTEMBRU, 2010.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow