Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità

pr1639
Date Icon 09/09/2010
L-MUMN tordnaazzjonijiet li jipperikolaw il-ħajja ta’ pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli.
L-MUMN ordnatazzjonijiet irresponsabbli li bihom qed tpoġġi l-ħajja ta’ pazjenti vulnerabbli f’periklu għal saħħithom.
Bl-azzjonijiet tagħhal-MUMN qed tesponi lill-ħaddiema li ma jobdux id-direttivi u lill-ħaddiema mhux membri tagħha għal riskji minħabba l-mod kif jistgħu jaġixxu l-pazjenti li l-MUMN ordnat li ma jingħatawx mediċini li jkunu fuqhom minħabba l-istat tas-saħħa mentali tagħhom.
B'riżultat ta' direttivaoħra ġdida ta' l-MUMN fl-Isptar Monte Karmeli infermiera (membri tal-MUMN) ingħataw istruzzjoni biex ma' jmorrux jiġbru l-mediċini li jitqassmu fis-swali lill-pazjenti.
Fl-interess tal-pazjentiu biex isolvi din il-problema, il-management tal-Isptar Monte Karmeli qabbad infermiera tal-kuntrattur biex twassal il-mediċina fis-swali.
B'ritaljazzjoni, l-MUMNħarget direttiva oħra biex dik il-mediċina li titwassal fis-swali permezz ta’ infermiera tal-kuntrattur ma tingħatax lill-pazjenti li jkunu fuq din il-kura. B'konsegwenza ta' dan, pazjenti kellhom bżonn urġenti ta' mediċini u ma ngħatawx il-mediċina fil-ħin. Kellu jkun l-intervent tal-management li ħa ħsieb biex dawn il-pazjenti jingħataw il-mediċina meħtieġa.
Il-Ministeru tas-Saħħa,l-Anzjani u Kura fil-Komunita' jikkundanna bil-qawwa l-għaġir irresponsabbli ta' l-MUMN fl-Isptar Monte Karmeli li qed jipperikola s-saħħa u l-ħajja mhux biss ta' pazjenti fost l-aktar vulnerabbli, imma anke tal-ħaddiema stess. Il-Ministeru, f'dawn iċ-ċirkostanzi, se jkompli jaħdem bla għeda għall-ġid tal-pazjenti li ntortament qed jispiċċaw fil-mira tal-MUMN.
F’temp ta’ tlett ijieml-MUMN ordnat azzjonijiet insensittivi li laqtu lill-pazjenti li jieħdu d-demm fiċ-Ċentri tas-Saħħa, lill-pazjenti morda bil-kliewi u issa lill-pazjenti li jieħdu kura għas-saħħa mentali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow