Suċċess kbir minn Tim Mediku Malti
pr1638
09/09/2010
| Il-Ministru tas-Saħħa, | l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ l-Onor. Joe Cassar, iltaqa’ mat-tim ta’ Maltin li ħadu sehem fl-ewwel European Emergency Medicine Championship li ttella’ bejn it-30 t’Awwissu u l-4 ta’ Settembru fil-Polonja. |
| It-tim Mediku Malti, | taħt it-tmexxija ta’ Dr Jonathan Joslin huwa magħmul ukoll minn Dr Michael Spiteri u Vicky Bugeja Rausi (infermiera). Huma kollha ħaddiema mad-Dipartiment ta’ l-Emergenza ta’ l-Isptar Mater Dei u xogħolhom huwa li jagħtu l-ewwel għajnuna permezz tas-servizz tall-Ambulanza. |
| It-tim Malti kkompeta | kontra 40 tim minn sptarijiet ewropej u tim mistieden minn New York. Il-kompetizzjoni kienet ibbazata fuq xenarji li jiffaċċja ruħu magħhom tim mediku meta tissejjaħ ambulanza f’każijiet varji ta’ emergenza. |
| It-tim Mediku Malti | rebaħ il-premju għall-Best Foreign Team u r-raba’ overall. |
| F’kelmtejn ta’ | l-okkażjoni l-Ministru Cassar irringrazzja lill-ħaddiema ta’ l-emerġenza u feraħ lit-tim Malti. “Hija ħasra li din l-aħbar ma’ tantx ingħatat spazju fil-gażżetti. Dan huwa suċċess kbir għat-tim innifsu u għalina l-Maltin.” sostna l-Ministru Cassar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990