IĠRI GĦAL QALBEK
pr1635
09/09/2010
| ‘Iġri għal Qalbek’ | hija t-tema ewlenija għall-attività ta’ ġiri li se ssir fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Din l-attività se tinkludi tellieqa ta’ 5 kilometri u Fun Run ta’ kilometru u qed tkun organizzata biex tikkommemora l-festa ta’ San Vinċenz u Jum l-Anzjani. Din l-attività se ssir nhar is-Sibt 2 ta’ Ottubru 2010. |
| Ir-Running Group | f’San Vinċenz de Paul twaqqaf fi Frar 2002. Dan il-Grupp huwa magħruf bħala l-Kumitat St Vincent de Paul Running Group. Din hija d-disa’ edizzjoni tat-Tellieqa tal-5 km u l-1km Fun Run. Dan il-Grupp huwa ffurmat mill-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul. |
| L-Assistent | Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, l-Onor. Peter Micallef qal li l-għan ta’ dan il-Kumitat huwa li jippromwovi u jħeġġeġ lill-ħaddiema u r-residenti jsegwu stil ta’ ħajja san permezz tal-atletika, li jkunu mħeġġa attivitajiet soċjali u edukattivi fost il-ħaddiema u l-promozzjoni tar-Residenza San Vinċenz permezz tal-isports. Għall-ewwel darba s-Saint Vincent de Paul Running Group se jkollu l-mascot tiegħu, Xoninu. Din il-manifestazzjoni sportiva qed tkun organizzata flimkien mad-Dipartiment tal-Anzjani bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Luqa, tal-Marsa u ta’ Ħal Qormi u l-Malta Amateur Athletic Association. |
L-Onor. Peter Micallef ħeġġeġ il-ħaddiema kif ukoll il-pubbliku in ġenerali biex jattendu kemm it-Tellieqa kif ukoll il-Fun Run. Aktar informazzjoni dwar din l-attività tista’ tinkiseb mis-sit www.svpathletics.org.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990