3,300 TIFEL U TIFLA JIEĦDU SEHEM FI SKOLA SAJF
pr1632
08/09/2010
| 3,300 | tifel u tifla mit-tielet, ir-raba’ u l-ħames klassijiet tal-iskejjel primarji ħadu sehem fl-attivitajiet ta’ SkolaSajf ta’ din is-sena imferrxa f’57 ċentru, ħdax minnhom f’Għawdex. |
| L-inizjattiva SkolaSajf titlob ippjanar u | preparazzjoni kbira bl-involviment ta’ 138 għalliem li jservu bħala koordinaturi u bl-għajnuna ta’ 265 student universitarju, fil-parti l-kbira tagħhom mill-kors tal-B.Educ fl-Universita li jingħataw l-opportunita’ li jagħmlu esperjenza ta’ xogħol f’dawn iċ-ċentri. |
| Barra | minn dawn taw ukoll is-servizz tagħhom 110 Learning Support Assistants li assistew tfal bi bżonnijiet speċjali li wkoll attendew SkolaSajf. |
| Fid-diversi ċentri mifruxa ma’ Malta u Għawdex kienu | organizzati quizes edukattivi, logħob, diversi kompetizzjonijiet tat-tpinġija u fotografija, żjarat edukattivi u storiċi, xogħol ta’ crafts, programmi ta’ prevenzjoni organizzati minn Sedqa, l-Caritas u kampanja kontra t-tipjip, sessjonijiet ta’volleyball u esperimenti xjentifiċi. Dawn l-attivitajiet kienu organizzati fuq bażi regolari. |
| Kienu | organizzati wkoll attivitajiet speċjali bħalma huma Animal Awareness Day, wirjiet ta’ talent, żjara minn tfal fl-Isptar San Vincenz de Paule u anke Live-In f’Għawdex u oħra f’Marsaxlokk għal gruppi minn dawn it-tfal. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990