Left arrow Go Back

3,300 TIFEL U TIFLA JIEĦDU SEHEM FI SKOLA SAJF

pr1632
Date Icon 08/09/2010
3,300tifel u tifla mit-tielet, ir-raba’ u l-ħames klassijiet tal-iskejjel primarji ħadu sehem fl-attivitajiet ta’ SkolaSajf  ta’ din is-sena imferrxa f’57 ċentru, ħdax minnhom f’Għawdex.
L-inizjattiva SkolaSajf titlob ippjanar upreparazzjoni kbira bl-involviment ta’ 138 għalliem li jservu bħala koordinaturi u bl-għajnuna ta’ 265 student universitarju, fil-parti l-kbira tagħhom mill-kors tal-B.Educ fl-Universita li jingħataw l-opportunita’ li jagħmlu esperjenza ta’ xogħol f’dawn iċ-ċentri.
Barraminn dawn taw ukoll is-servizz tagħhom 110 Learning Support Assistants li assistew tfal bi bżonnijiet speċjali li wkoll attendew SkolaSajf.
Fid-diversi ċentri mifruxa ma’ Malta u Għawdex kienuorganizzati quizes edukattivi, logħob, diversi kompetizzjonijiet tat-tpinġija u fotografija, żjarat edukattivi u storiċi, xogħol ta’ crafts, programmi ta’ prevenzjoni organizzati minn Sedqa, l-Caritas u kampanja kontra t-tipjip, sessjonijiet ta’volleyball u esperimenti xjentifiċi.  Dawn l-attivitajiet kienu organizzati fuq bażi regolari.
Kienuorganizzati wkoll attivitajiet speċjali bħalma huma Animal Awareness Day, wirjiet ta’ talent, żjara minn tfal fl-Isptar San Vincenz de Paule u anke Live-In f’Għawdex u oħra f’Marsaxlokk għal gruppi minn dawn it-tfal.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow