Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT JAGĦTI MERĦBA LILL-ISPORTIVI MALTIN TAL-MTFSA

pr1629
Date Icon 06/09/2010
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport,l-Onor. Clyde Puli ltaqa’ mal-isportivi Maltin li jagħmlu parti mill-Malta Table Football Sports Association hekk kif illum waslu lura minn Rain il-Germanja, rebbieħa tat-tournament dinji tat-table football.
Waqt lita merħba lill-sportivi Maltin mal-wasla tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-Onor. Puli sostna li r-riżultat miksub jagħmel unur mhux biss lill-dawn il-parteċipanti b’mod individwali iżda wkoll lil-pajjiżna. Is-Segretarju Parlamentari faħħar l-impenn tat-tim nazzjonali biex wasal għal din ir-rebħa.

L-Onor. Puli faħħar ukoll lill-Assoċjazzjoni tal-Malta Table Football tax-xogħol li qed tagħmel biex issaħħaħ dan l-isport filwaqt li fakkar li l-President tal-International Federation Sports Table Football  huwa wkoll Malti u dan jawgura tajjeb għall-futur ta’ pajjizna f’dan l-isport.

L-Onor. Puli temm jgħid li l-Gvern se jibqa’ jgħin lil din l-Assoċjazzjoni anke fi proġetti futuri li hemm imħejjija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow