STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
pr1627
06/09/2010
| Il-pazjenti qed | jintlaqtu intortament minn azzjoni ta’ l-MUMN. Il-pazjenti huma vittmi ta’ azzjoni li qed tissejjaħ b’mod kapriċċuż. Il-pazjenti ma għandhom qatt jiddaħħlu f’azzjonijiet li jsiru għal xejn b’xejn. |
| L-MUMN qed tgħid li | sejħet l-azzjonijiet minħabba l-ammont ta’ studenti li daħlu jistudjaw in-nursing fl-Universita’. |
| L-Universita’ ta’ | Malta, fi stqarrija fuq l-istess issue (fis-26 ta’ Lulju 2010) diġa kienet iddikjarat li se jidħlu 165 studenti fil-kors ta’ l-infermiera, li jfisser li b’kollox bħalissa hemm total ta’ 342 studenti f’korsijiet differenti ta’ l-infermiera. Fil-fatt, għal darb’oħra din is-sena, l-Università se jidħlu l-akbar numru possibbli ta’ studenti li jippermettulha tipprovdi korsijiet ta’ kwalita’ għolja. L-għadd ta’ 165 student huwa l-akbar numru ta’ studenti li jistgħu jiġu akkomodati skont ir-riżorsi u l-għadd ta’ pazjenti fl-isptarijiet Maltin. |
| Il-Gvern qed jieħu | inizjattivi oħra b’mod immedjat biex fid-diviżjoni tas-saħħa jiġu impjegati aktar infermiera: Permezz ta’ sejħa miftuħa sal-2011 biex jiġu ngaġġati aktar infermiera kwalifikati li jibdew jaħdmu fl-isptarijiet b’mod immedjat. Ħarġet tender oħra biex aġenzija tar-reklutaġġ, tirrekluta 250 infermier kwalifikati biex jaħdmu fis-servizzi tas-saħħa f’Malta. |
| L-MUMN qed tkun | inkonsistenti f’dak li tgħid. F’Mejju 2009, l-MUMN stess inkuraġġiet lill-Gvern biex jimpjega infermiera barranin sa kemm jittħarrġu infermiera ġodda u fi stqarrija fl-okkażjoni ta’ Jum l-Infermiera kienet saħqet li din hija “iċ-ċavetta” għas-soluzzjoni u li “l-Gvern għandu jagħtiha priorita”. Iżda issa qed tkompli tnaffar lill-infermiera barranin u tnibbet id-dubji fl-imħuħ għad-detriment tal-pazjenti kollha. |
| Il-Ministeru | tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita jikkundanna l-azzjonijiet ta’-MUMN fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fl-Isptarijiet li bihom qed ibatu l-pazjenti u li juru li l-MUMN qed tieħu azzjonijiet biex tfixkel is-servizz provdut. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990