Left arrow Mur Lura

SIGURTA’ FIL-KMAMAR TAN-NAR

pr1626
Date Icon 06/09/2010
Il-Ministrutal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici dal-għodu ħatar Bord ta’ Inkjesta ai termini Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273), bl-iskop li jidentifika potenzjali kawżi ta’ inċidenti u jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex tissaħħaħ is-sigurtà fil-kmamar tan-nar.
Il-membri ta’ danil-Bord huma:
Il-Prof. Alfred Vella(Chairman) Il-Prof. Victor Axiak (Deputat Chairman) Is-Sur Joe Theuma (membru) Is-Sur Servolo Delicata
Il-Bord ta’ Inkjestaqed jingħata is-segwenti inkarigu:
a) li jiġbor ujeżamina kampjuni tal-materjal użat mill-kmamar tan-nar għall-manifattura tal-logħob tan-nar, inkuż li jikkommisjona testijiet ta’ dan il-materjal kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta hekk kif ikun hemm bżonn;
b) li jeżaminakwalunkwe dokument, rapport jew rakkomandazzjonijiet li fihom informazzjoni dwar il-materjal użat fil-manifattura tal-logħob tan-nar;
c) li jeżaminaprattiċi u proċeduri relatati mat-taħlit tal-materjal użat fil-kmamar tan-nar;
d) li jagħmelrakkomandazzjonijiet hekk kif jidhirlu xieraq, riżultat tal-konklużjonijiet li jasal għalihom.
Il-Bord intalab itemml-inkarigu tiegħu fl-iqsar żmien possibli. Fl-adempiment ta’ l-inkarigu tiegħu, l-Bord ikollu l-poteri kollha li tagħtih il-Liġi.

Kopja tal-ittra tan-nomina taċ-Chairman tal-Bord hija mehmuża ma’ din l-istqarrija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow