Left arrow Mur Lura

mE&U FEST – POLITIKA TA’ KOEŻJONI 2007-2013: IT-TIENI ATTIVITA’ SE SSIR FIL-PARK NAZZJONALI TAS-SALINI

pr1623
Date Icon 06/09/2010
Wara s-suċċess ta' l-mE&Ufest ta’ nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru, fiż-Żona ta’ Rikreazzjoni tal-Munxar f'Għawdex, l-Awtorita’ f’Malta dwar il-Ġestjoni tal-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 tal-Unjoni Ewropea, tixtieq tfakkar lill-pubbliku ġenerali li aktar attivitajiet u aktar informazzjoni huma ppjanati fit-tieni parti tal-avveniment, li ser jittella’ nhar l-Erbgħa 8 ta’ Settembru fil-Park Nazzjonali tas-Salini (Kennedy Grove) Malta.
Il-festival jibdafil-5:00pm u jdum sal-11:00pm. Matul il-mE&U fest, il-pubbliku jkollu l-opportunita’ jikseb tagħrif dwar il-benefiċċji li qed igawdi il-poplu Malti u Għawdxi mill-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 permezz tal-Fondi Strutturali. Dan se jsir permezz ta’ preżentazzjonijiet u wirjiet interattivi ta’ uħud mill-proġetti li qed jitwettqu bħalissa taħt iż-żewġ Programmi Operattivi – Politka ta’ Koeżjoni 2007-2013.
Chiara, il-bandpopolari Texanna, animazzjoni u maġija, u żfin ballroom se joħolqu brijju għal dawk kollha preżenti.

Min jixtieq aktar tagħrif dwar il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, jista’ jikkuntattja lil PPCD permezz tas-Servizz ta’ Għajnuna online: info.ppcd@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow