Left arrow Mur Lura

IL-QAGĦDA FINANZJARJA TIBQA’ FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA TAL-ECOFIN

pr1621
Date Icon 06/09/2010
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u InvestimentTonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) kif ukoll tal-Eurogroup.
TonioFenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Waqtil-laqgħat, id-diskussjonijiet se jinkludu segwitu għal-laqgħa tat-Task Force tal-Kunsill Ewropew bil-għan li tittejjeb il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fiż-żona ewro, diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja u diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-European Financial Stability Facility, il-Fond intenzjonat li jiggarantixxi l-istabilità ekonomika fl-Ewropa fid-dawl tal-kriżijiet li laqtu numru ta’ pajjiżi Ewropej fl-aħħar xhur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow