IL-QAGĦDA FINANZJARJA TIBQA’ FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA TAL-ECOFIN
pr1621
06/09/2010
| Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment | Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) kif ukoll tal-Eurogroup. |
| Tonio | Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana. |
| Waqt | il-laqgħat, id-diskussjonijiet se jinkludu segwitu għal-laqgħa tat-Task Force tal-Kunsill Ewropew bil-għan li tittejjeb il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fiż-żona ewro, diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku tal-Greċja u diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-European Financial Stability Facility, il-Fond intenzjonat li jiggarantixxi l-istabilità ekonomika fl-Ewropa fid-dawl tal-kriżijiet li laqtu numru ta’ pajjiżi Ewropej fl-aħħar xhur. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990