Left arrow Mur Lura

AZZJONI INDUSTRIJALI MIN-NAĦA TAL-MUMN

pr1620
Date Icon 05/09/2010
Il-Ministeru tas-Saħħa,l-Anzjani u Kura fil-Komunità u d-Diviżjoni tal-Kura Primarja javżaw li minħabba azzjoni industrijali min-naħa ta' l-MUMN ċertu servizzi fiċ-Ċentri tas-Saħħa jistgħu jkunu affetwati.
L-MUMN ħargetistruzzjonijiet lill-infermiera biex ma' jieħdux demm.  Bl-azzjoni tal-MUMN qed ibatu u jintlaqtu pazjenti li jkunu sajma għal numru ta' siegħat jew ikunu ħadu 'leave' mix-xogħol.
Huwa għalhekkrakkomandat li kull min għandu appuntament f'wieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa jċempel qabel ma jmur għall-appuntament biex jikkonfermah.
Il-Ministeru tas-Saħħa,l-Anzjani u Kura fil-Komunità u d-Diviżjoni tal-Kura Primarja jiskużaw ruħhom tal-inkonvenjent li qed jinħolqu bl-azzjonijiet tal-MUMN fiċ-Ċentri tas-Saħħa u jinfurmaw li qed isir kull sforz biex is-sitwazzjoni ssolvi ruħha mill-aktar fis possibbli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow