AZZJONI INDUSTRIJALI MIN-NAĦA TAL-MUMN
pr1620
05/09/2010
| Il-Ministeru tas-Saħħa, | l-Anzjani u Kura fil-Komunità u d-Diviżjoni tal-Kura Primarja javżaw li minħabba azzjoni industrijali min-naħa ta' l-MUMN ċertu servizzi fiċ-Ċentri tas-Saħħa jistgħu jkunu affetwati. |
| L-MUMN ħarget | istruzzjonijiet lill-infermiera biex ma' jieħdux demm. Bl-azzjoni tal-MUMN qed ibatu u jintlaqtu pazjenti li jkunu sajma għal numru ta' siegħat jew ikunu ħadu 'leave' mix-xogħol. |
| Huwa għalhekk | rakkomandat li kull min għandu appuntament f'wieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa jċempel qabel ma jmur għall-appuntament biex jikkonfermah. |
| Il-Ministeru tas-Saħħa, | l-Anzjani u Kura fil-Komunità u d-Diviżjoni tal-Kura Primarja jiskużaw ruħhom tal-inkonvenjent li qed jinħolqu bl-azzjonijiet tal-MUMN fiċ-Ċentri tas-Saħħa u jinfurmaw li qed isir kull sforz biex is-sitwazzjoni ssolvi ruħha mill-aktar fis possibbli. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990