Left arrow Mur Lura

SUĊĊESS KBIR MINN TIM MEDIKU MALTI

pr1619
Date Icon 05/09/2010
Il-Ministeru tas-Saħħa,l-Anzjani u Kura fil-Komunità jifraħ lit-tim ta’ Maltin li ħadu sehem fl-ewwel European Emergency Medicine Championship li ttella’ bejn it-30 t’Awwissu u l-4 ta’ Settembru fil-Polonja.
It-tim Mediku Malti,taħt it-tmexxija ta’ Dr Jonathan Joslin huma kollha ħaddiema mad-Dipartiment ta’ l-Emerġenza ta’ l-Isptar Mater Dei u xogħolhom huwa li jagħtu l-ewwel għajnuna permezz tas-servizz ta’ l-Ambulanza.
It-tim Malti kkompetakontra 40 tim minn sptarijiet ewropej u tim mistieden minn New York. Il-kompetizzjoni kienet ibbażata fuq xenarji li jiffaċċja ruħu magħhom tim mediku meta tissejjah ambulanza f’każijiet varji ta’ emerġenza.
It-tim Mediku Maltirebaħ il-premju għall-Best Foreign Team u r-raba’ overall.

Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Joe Cassar, ferah lit-tim ta’ Mater Dei permezz ta’ telefonata lit-tabib Jonathan Joslin. Huwa wera ruħu sodisfatt ferm b’dan is-suċċess li juri għal darb’oħra li l-Maltin għandhom kapacità kbira speċjalment meta jiffaċċjaw sfidi fuq livell internazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow