SUĊĊESS KBIR MINN TIM MEDIKU MALTI
pr1619
05/09/2010
| Il-Ministeru tas-Saħħa, | l-Anzjani u Kura fil-Komunità jifraħ lit-tim ta’ Maltin li ħadu sehem fl-ewwel European Emergency Medicine Championship li ttella’ bejn it-30 t’Awwissu u l-4 ta’ Settembru fil-Polonja. |
| It-tim Mediku Malti, | taħt it-tmexxija ta’ Dr Jonathan Joslin huma kollha ħaddiema mad-Dipartiment ta’ l-Emerġenza ta’ l-Isptar Mater Dei u xogħolhom huwa li jagħtu l-ewwel għajnuna permezz tas-servizz ta’ l-Ambulanza. |
| It-tim Malti kkompeta | kontra 40 tim minn sptarijiet ewropej u tim mistieden minn New York. Il-kompetizzjoni kienet ibbażata fuq xenarji li jiffaċċja ruħu magħhom tim mediku meta tissejjah ambulanza f’każijiet varji ta’ emerġenza. |
| It-tim Mediku Malti | rebaħ il-premju għall-Best Foreign Team u r-raba’ overall. |
Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Joe Cassar, ferah lit-tim ta’ Mater Dei permezz ta’ telefonata lit-tabib Jonathan Joslin. Huwa wera ruħu sodisfatt ferm b’dan is-suċċess li juri għal darb’oħra li l-Maltin għandhom kapacità kbira speċjalment meta jiffaċċjaw sfidi fuq livell internazzjonali.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990