Left arrow Mur Lura

544 INIZJATTIVA MILL-KUNSILLI LOKALI B’RIŻULTAT TAL-FONDI SPEĊJALI...... U AKTAR FONDI LILL-KUNSILLI LOKALI BIEX ISIRU TOROQ RESIDENZJALI

pr1618
Date Icon 05/09/2010

Iż-żieda fir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali, riżultat tat-tiġdid li għaddew minnu tul is-sena li għaddiet, ġabet magħha l-ħtieġa ta’ aktar riżorsi inkluż riżorsi finanzjarji. Fl-ewwel sentejn ta’ din il-leġiżlatura l-Kunsilli Lokali ingħataw 67.2 miljun ewro bejniethom. Dawn il-flus jinkludu l-allokazzjoni finanzjarja annwali u l-flus li jingħataw permezz ta’ fondi speċjali biex iwettqu proġetti fl-interess tar-residenti tagħhom jew jorganizzaw attivitajiet partikolari li bihom jattiraw viżitaturi inkluż turisti u l-iskema għal bini ta’ toroq.

Fl-aħħar snin kien hemm żieda kull sena fl-allokazzjoni finanzjarja diretta li tingħata lill-Kunsilli Lokali:

Sena

Allokazzjoni Finanzjarja Diretta

2010

€31 miljun

2009

€27 miljun

2008

€24 miljun

Fis-sentejn li għaddew is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali introduċa diversi fondi speċjali u ħareġ diversi skemi biex permezz tagħhom jgħin Kunsilli Lokali jwettqu proġetti importanti li mhux neċessarjament jistgħu jagħmlu bl-allokazzjoni finanzjarja diretta. Dawn l-iskemi, li minnhom inħarġu 23, ammontaw għal total ta’ 6.2 miljun ewro.

Sena

Allokazzjoni Finanzjarja Diretta

2010

€31 miljun

2009

€27 miljun

2008

€24 miljun

Dawn il-fondi speċjali jingħataw lill-Kunsilli Lokali wara sejħa għall-applikazzjonijiet għal inizjattivi u proġetti immirati biex jintlaħaq l-għan ta’ lokalitajiet sostenibbli bl-aħjar servizz għar-residenti. Permezz tagħhom ittieħdu 544 inizjattiva – 219 fl-2009 u 325 fl-2010.

It-tabella ta’ hawn taħt tindika liema kienu l-iskemi speċjali li ħarġu fl-2009 u fl-2010 u kemm kienu l-Kunsilli Lokali li gawdew minnhom. L-ammont ta’ fondi ta’ kull skema hu indikat ukoll.

2009

Sena

Allokazzjoni Finanzjarja Diretta

2010

€31 miljun

2009

€27 miljun

2008

€24 miljun

2010

Sena

Allokazzjoni Finanzjarja Diretta

2010

€31 miljun

2009

€27 miljun

2008

€24 miljun

Kif indikat mit-tabella t’hawn fuq, il-Kunsilli Lokali ngħataw ukoll ammont ta’ flus biex bejn l-2010 u l-2011 isiru numru ta’ toroq. Hu stmat li fit-tnax-il xahar li ġejjin se jsiru 448 triq residenzjali f’47 lokalita’ differenti.

5.2 miljun ewro mill-allokazzjoni finanzjarja imsemmija aktar ’il fuq huma ring-fenced għat-toroq li jfisser li jistgħu jintużaw biss għal xogħlijiet fit-toroq. 33 Kunsill Lokali diġa kkommettew rwieħhom li bejniethom se jagħmlu 185 triq b’dawn il-flus.

Il-Gvern irid li jsiru aktar toroq residenzjali u għaldaqstant hejja żewġ metodi oħra biex jgħin Kunsilli Lokali jwettqu xogħlijiet f’numru ta’ toroq oħra. Permezz ta’ proġett pilota li qed ikun implimentat fit-tliet lokalitajiet tal-Imqabba, Ħal Kirkop u s-Swieqi, il-Gvern għadda 1.3 miljun ewro biex isiru 61 triq.

Il-Gvern qed jgħin ukoll 26 Kunsill Lokali b’1.4 miljun ewro oħra biex bi sħab mal-privat permezz ta’ inizjattivi ta’ public-private partnership iwettqu xogħlijiet fuq 202 toroq.

Sena

Allokazzjoni Finanzjarja Diretta

2010

€31 miljun

2009

€27 miljun

2008

€24 miljun

Fl-1 ta’ Lulju li għadda bdew jaħdmu uffiċjalment is-16-il Kumitat Amministrattiv li kienu eletti f’żewġ rawnds ta’ elezzjonijiet aktar kmieni din is-sena. Dawn il-Kumitati għandhom aċċess għal 1.8 miljun ewro li jittieħdu mill-allokazzjoni finanzjarja diretta tal-Kunsilli Lokali li jaqgħu taħthom rispettivament.

Il-Gvern qed jgħin ukoll lil dawn il-Kumitati Amministrattivi b’mod speċifiku billi waqqaf fond ta’ 320,000 ewro li jista’ jintuża minnhom biss biex iwettqu proġett importanti u li huma jħossu li huma meħtieġa li jsiru malajr fl-interess tal-komunita’ li jirrappreżentaw.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow