Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT IŻUR L-ATTIVITA’ U XOGĦOL LI SAR FIL-CAMPSITE T’GĦAJN TUFFIEĦA BL-GĦAJNUNA TAL-GVERN

pr1617
Date Icon 04/09/2010
L-OnorClyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu żar il-campsite tal-iscouts f’Għajn Tuffieħa fejn preżenti waqt din iż-żjara kien hemm diversi gruppi ta’ Scouts jikkampjaw f’dan il-post.
Is-SegretarjuParlamentari ltaqa’ mat-tfal u ż-żgħażagħ preżenti u faħħar il-ħidma ta’ din l-għaqda. F’diskors qasir li għamel l-Onor. Puli sostna li l-grupp tal-iscouts jilqa’ fi ħdanu mijjiet ta’ tfal Maltin u Għawdxin u l-għan ta’ għaqda bħal din hija li tagħġen lil dawn it-tfal u żgħażagħ fis-soċjeta’ tagħna billi ssaħħaħ il-valuri eżistenti tas-socjeta’ b’tali mod li għada pit għada jitilgħu ċittadini eżemplari.
Hu żiedli l-Gvern jappoġġja bis-sħiħ din il-filosofija u l-għan nobbli li għalih ġew imwaqqfa l-iscouts u għalhekk bil-fatti jagħmel ħiltu biex jgħin lil din l-assoċjazzjoni, kemm billi jagħti l-artijiet tiegħu għall-użu tal-iscouts,  kif ukoll billi jikri proprjetajiet b’kirja ssussidjata.

L-Onor. Puli fakkar kif permezz t’għajnuna li ngħatat mill-Gvern, l-iscouts setgħu jagħmlu proġett t’high ropes f’Għajn Tuffieħa, biswit il-camp site. Hu qal li dan il-progett jinsab fi stadju avvanzat ta’ tlestija u ma jdumx ma jibda jilqa’ fih gruppi ta’ żgħażagħ li mhux biss ikunu jridu jagħmlu attivita’ fiżika iżda għall-team building exercise.

L-Onor Puli spjega kif dan il-progett jkompli jżid mal-lista ta’ servizzi offruti mill-iscouts għall-pubbliku inġenerali li ma jservux biss għal skop ta’ divertiment iżda jintużaw wkoll għal skop ċiviku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow