Left arrow Mur Lura

“HONOURS LIST COLLECTIVE EXHIBITION” - WIRJA OĦRA F’PALAZZ SAN ANTON

pr1616
Date Icon 04/09/2010
Tnax-il artist u artistabħalissa qed jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom fis-swali ta’ esibizzjoni f’San Anton, f’wirja li qed titttella bil-kolaborazzjoni tas-Soċjeta’ Maltija tal-Arti Manifattura u Kummerċ.  Dawn l-artisti kienu r-rebbieħa tal-kompetizzjoni u esibizzjoni nazzjonali tal-arti organizzata kull sena mis-Soċjeta`, kif ukoll rebbieħa tas-Silver Palette Arts Competition li s-Soċjeta` ttella kull sentejn.
Il-Ġimgħa 3 ta’ Settembrul-President George Abela, flimkien mas-Sinjura Abela, awgura din il-wirja bit-titlu “Honours list Collective Exhibition”. Preżenti kien hemm ukoll is-Sur Joe Mifsud, il-President tas-Soċjeta’ li rringrazzja lill- President Abela tal-opportunita’ li ta lil dawn l-artisti sabiex jesibixxu x-xogħol tagħhom.
Il-President GeorgeAbela, filwaqt li faħħar il-ħidma tas-Soċjeta` Maltija tal-Arti Manifattura u Kummerċ, wera l-apprezzament tiegħu għall-impenn li għandha s-Soċjeta` sabiex tippromwovi l-arti, b’mod speċjali għat-tagħlim tal-arti li ilha twassal lil ħafna studenti għal ħafna snin. Il-President Abela irringrazzja ukoll lill-artisti li għoġobhom jipparteċipaw f’din l-esibizzjoni ta’ llum bi skop mill-iktar nobbli, dak li jinġabru iktar fondi għall-Malta Community Chest Fund. Filfatt 25% tal-qliegħ imur għall-Fond sabiex tkun tista’ tilqa’ it-talbiet ta’ dawk kollha li jirrikorru għall-għajnuna tagħha.
L-artisti li qedjipparteċipaw f’din l-esibizzjoni huma Carmen Pizzuto, Anna Galea, Ivan Fenech, Zell Osborne, Aleksander Sasha Matic, Jude Zammit, George Farrugia, Winston Hassall, Charles Bonnici, George Muscat, Antoine Paul Camilleri u Sean Camilleri.  Nathan Portelli ma’ setax jipparteċipa peress li jinsab jistudja barra minn Malta.  Ix-xogħlijiet jinkludu, pittura, diversi skulturi u ‘mixed media’.
L-esibizzjoni tkunmiftuħa kuljum mid-09.00 ta’ filgħodu sa x’ħin jagħalq il-ġnien pubbliku ta’ San Anton u tiġi fi tmiemha nhar is-26 ta’ Settembru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow