STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA
pr1615
03/09/2010
| l-Ministeru tas-Saħħa jicħad | rapport ieħor tal-Orizzont |
| Il-Ministeru tas-Saħħa, | l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ għal darb’ohra jikkoreġi l-informazzjoni żbaljata li ġiet ippublikata fil-ħarġa ta’ l-Oriżżont tal-Ħamis 2 ta’ Settembru 2010 f’artiklu fuq tender ta’ nurses fl-Isptar Monte Karmeli. |
- Mhux veru li t-tender imsemmi hu tender ġdid għas-servizz ta’ infermiera bħalma allega l-artiklu, iżda huwa tiġdid ta’ kuntratt għas-servizz tal-Forensic Unit.
- Mhux veru li t-tender intrebaħ minn Healthcare Services Ltd iżda minn Health Services Group Ltd.
- M’hemm l-ebda konnessjoni bejn Healthcare Services Ltd u Health Services Group Ltd.
- Healthcare Services Ltd ma tefgħux offerta għat-tender.
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jikkundanna artikli li jippublikaw informazzjoni qarrieqa u li ma tkunx minna bl-għan aħħari li jikkonfondu lill-qarreja u jawġu l-fatti.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990