Left arrow Mur Lura

PJAN TA’ ATTIVITAJIET SPEĊJALI GĦALL-ISTUDENTI GĦAWDXIN

pr1613
Date Icon 03/09/2010
“Fis-sena skolastikali se tibda fi ftit ġimgħat oħra, se nkunu qed noffru lill-istudenti kollha li jattendu l-iskejjel primarji f’Għawdex, inkluż dawk tal-Knisja, l-opportunità li jipparteċipaw f’aktar attivitajiet extra-kurrikurali relatati mal-Pjan ta’ Azzjoni eko-Għawdex, organizzati mit-Taqsima tal-Attivitajiet Speċjali fi ħdan il-Gozo College. Dan ser ifisser it-twettiq ta’ tnejn mit-80 miżura tal-Pjan ta’ Azzjoni eko-Għawdex għas-snin 2010-2012 li jittrattaw l-attività fiżika, sport u stili ta’ ħajja pożittivi. Din l-inizjattiva tkompli turi bil-fatti li b’eko-Għawdex, il-Gvern qed iħares lejn l-aspetti kollha tal-ħajja f’Għawdex hekk kif mitlub mill-prinċipji ta’ Żvilupp Sostenibbli.”
Dan qalitu l-Ministrugħal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono meta riċentament grupp ta’ għalliema mill-istess taqsima ppreżentawlha rapport li jittratta l-attivitajiet speċjali li ġew organizzati matul is-sena skolastika 2009/2010. Dan kien jagħmel parti mill-implimentazzjoni tal-viżjoni eko-Għawdex immexxija mid-Direttorat għal eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Dan ir-rapport jinkludi informazzjoni u ritratti kif ukoll handouts li tqassmu lill-istudenti waqt l-attivitajiet li jintegraw l-ambjent naturali Għawdxi ma’ suġġetti akkademiċi fosthom il-Matematika, ir-Reliġjon u l-Istudji Soċjali.
Il-Ministru GiovannaDebono ħabbret li mal-bidu tal-iskola skolastika, it-tfal li jattendu l-iskejjel primarji kollha f’Għawdex, se jiġu mqassma fi gruppi biex bejn Ottubru u Novembru, il-gruppi kollha jkunu pparteċipaw f’attività ta’ mixjiet fil-kampanja f’Kemmuna. Din il-ħarġa se tinkludi fost l-oħrajn taħdidiet minn rappreżentanti tal-għaqda Din l-Art Ħelwa dwar it-Torri ta’ Kemmuna kif ukoll informazzjoni dwar il-ġeoloġija f’din il-gżira. Il-Ministru ħabbret ukoll li l-attivitajiet matul is-sena skolastika li ġejja ser jinkludu attivitajiet ta’ għawm b’kollaborazzjoni mal-Arka Respite Centre, kif ukoll attivitajiet ta’ tixbit u ċikliżmu. Hemm ippjanat ukoll li ssir treasure hunt (kaċċa għat-teżor) fuq is-swar taċ-Ċittadella. Il-Ministru Debono spjegat kif dawn l-attivitajiet prattiċi huma element bażiku fit-tħejjija ta’ programmi edukattivi li joffru tagħlim akkademiku flimkien ma’ taħriġ. Aspett ieħor interessanti ta’ dan il-proġett huwa marbut ma’ attivitajiet bħal night hikes li jagħtu opportunità lill-ġenituri biex jingħaqdu mat-tfal u l-għalliema għal dawn l-esperjenzi. B’hekk tkun qed titwettaq miżura ta’ eko-Għawdex li tfittex li l-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajba tinfirex mill-iskejjel lejn il-komunità.
Matul is-sena ligħaddiet, it-Taqsima tal-Attivitajiet Speċjali fi ħdan il-Gozo College, organizzat sensiela ta’ attivitajiet bħal mixjiet fil-kampanja, ċikliżmu, tixbit, treasure hunts,għawm u ġinnastika li saru waqt il-ħinijiet ta’ l-iskola. Organizzat ukoll attivitajiet oħrajn li saru wara l-ħin tal-iskola li kienu miftuħa wkoll għall-ġenituri. Fost l-aktar popolari kien hemm mixjiet bil-lejl, mixjiet f’Kemmuna, kif ukoll il-mixjiet fil-kampanja li saru bħala parti mill-programm waqt l-attività ta’ Lejlet Lapsi, Notte Gozitana 2010.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow