STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT DWAR L-ENERGY ALLOWANCE
pr1610
03/09/2010
| Il-Ministeru | tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jixtieq javża li, wara li f’Lulju li għadda ntbagħat kumpens lill-familji (energy allowance) biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt, bħalissa ARMS Limited qed tanalizza l-każijiet kollha ta’ dawk li għamlu kuntatt magħha jew mal-linja 188. |
| Dan il-proċess | mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin sabiex imbagħad jinħarġu ċ-ċekkijiet bil-korrezzjonijiet neċessarji. |
| Dan il-kumpens | ingħata lil dawk il-familji kollha li ma kkunsmawx aktar minn 10,000 unit ta’ elettriku f’sena u li ma jirċevux il-benefiċċju tal-enerġija, biex b’hekk il-Gvern qiegħed jgħin lil 97% tal-familji Maltin u Għawdxin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990