Skema lokali favur sport fil-komunita’
pr1608
03/09/2010
| Għat-tielet sena konsekuttiva l-Gvern | qed joħloq fond ta’ €120,000 biex għal darb’oħra jniedi l-Iskema ta’ Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali 2011. Fl-2010 kienu organizzati 138 attivita’ sportiva minn 27 Kunsill Lokali differenti. Dan ifisser żieda ta’ 54 attività meta mqabbla mas-sena li għaddiet. |
| Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet | li saret f’Kerċem u li kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Chris Said. |
| Preżenti wkoll għal din it-tnedija | kien hemm l-ogħla uffiċjali tal-Kunsill Malti għall-Isport, Sindki u Segretarji Eżekuttivi Għawdxin. L-Iskema ta’ Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali 2011 hi amministrata bi sħab bejn il-Kunsill Malti għall-Isport u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali. |
| Waqt | id-diskors tiegħu, s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli sostna li din l-iskema turi l-impenn tal-Gvern biex isaħħaħ il-kultura sportiva u jipprowovi l-isport fil-komunita’. |
| Hu | sostna li l-esperjenza ta’ dawn l-aħħar sentejn għallmitna li għal dawn il-programmi l-konkorrenza qegħda dejjem tiżdied u fil-fatt il-Gvern ħabbar żieda fl-allokazzjoni massima ta’ kull kunsill lokali minn €3,000 għal €4,000. Dan sabiex lokalitijiet ikollhom il-possiblita’ li jwessgħu il-lista ta’ programmi sportivi għal matul is-sena li ġejja. |
| Dawn | l-attivitajiet sportivi imtella’ mill-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mal-Kunsilli Lokali jinkludu programmi ta’ fitness, pilates u aerobics għall-adulti u programmi ta’ għawm, After School Programme, Girls on the Move u Youth on the Move għaż-żgħażagħ u t-tfal. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-Gvern | qed jinċentiva lill-Kunsilli Lokali biex jaqdu l-funzjonijiet ġodda li kisbu riżultat tat-tiġdid. L-Iskema ta’ Attivitajiet Sportivi hi waħda minn firxa usa’ ta’ skemi li huma mfassla apposta biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali jwettqu ħidma u jorganizzaw attivitajiet b’riżq il-komunitajiet li jirrappreżentaw. |
| Chris | Said qal li riżultat tal-politika mħaddma mill-Gvern, il-Kunsilli Lokali qed jaħdmu dejjem aktar mill-qrib mal-għaqdiet u s-soċjetajiet tal-lokalitajiet rispettivi sabiex jilħqu livelli dejjem għolja. Min-naħa tagħhom ir-residenti qed iħossuhom dejjem aktar parteċipi f’dak li jorganizza l-Kunsill Lokali. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990