Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAZJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA" 2010

pr1607
Date Icon 03/09/2010

It-Tlieta , 7 ta' Settembru 2010

10.00 hrs Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat FestiNazzjonali fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata u wara mal-Monument tal-Vittorja, Isla
Serata Kommemorattiva f'Misraħ l-Assedju, il-BeltValletta
18.10 hrs Marċ mill-Banda tal-Forzi Armati ta'Malta minn Bieb il-Belt għal Misraħ l-Assedju.
18.20 hrs Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Maltataħt it-tmexxija tal-Band Master, Kaptan John Ivan Borg, tesegwixxi programm mużikali ħdejn il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, f’Misraħ l-Assedju, Valletta

18.30 hrs Wasla tal-mistednin distinti

18.43 hrs Wasla tal-Prim Ministru

18.45 hrs Programm Musiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati. Matul is-serata jsir diskors kommemorattiv minn Dr Alexei Dingli – Sidku tal-Belt Valletta. Fl-istess serata jippartecipaw ukoll il-Kor The New Choral Singers u jinqraw kitbiet marbuta mal-okkazjoni. Lejn l-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ Tqegħid ta' kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, Kap ta’ l-Oppozizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti.

INNU NAZZJONALI

… / …

L-Erbgħa 8 ta' Settembru, 2010

"JUM IL-VITTORJA"

Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta' SanĠwann
09.30 hrs Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta'Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana għal Triq ir-Repubblika, Valletta
09.42 hrs Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Bandatal-Forzi Armati f'Misraħ San Ġwann, Valletta

09.48 hrs Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

09.51 hrs Wasla tal-Prim Ministru

09.55 hrs Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta

Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjonital-Gwardja ta' l-Unur
10.00 hrs Quddiesa Pontifikali u kant tat-"TeDeum"
11.05 hrs Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-Presidentta' Malta fuq il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, Valletta

Regatta fil-Port il-Kbir

13.00 hrs Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir, organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isports. Fir-Regatta tradizzjonali jieħdu sehem il-klabbs affiljati ma’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali li huma: Birzebbugia, Birgu, Bormla, Kalkara, Senglea, Marsa u Marsamxett-Valletta; li se jikkompetu f'Tiġrijiet tad-Dgħajjes tal-midalji b'erba' mqadef, Dgħajjes tal-pass b'erba' u b'zewġt imqadef, Fregatini b'zewġt imqadef u tmunier, u Kajjikki b'zewġt imqadef. Ikun hemm ukoll ħames tiġrijiet fil-Kategorija Open u ħames tiġrijiet fil-Kategorija “B” . Fl-aħħar tat-tiġrijiet issir il-preżentazjoni tas-shields.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow