Left arrow Mur Lura

Inawgurat l-ewwel playground konformi mal-istandards tal-MSA

pr1605
Date Icon 03/09/2010
Il-KunsillLokali tal-Munxar gawda minn diversi skemi offruti mill-Gvern ċentrali biex ikun jista’ jwettaq il-proġett ta’ Ġnien il-Professur Ġuże’ Aquilina. Dan l-ispazju rikreattiv ġdid li sar b’investiment komplessiv ta’ €219,000 hu l-ewwel playground f’Malta li hu konformi mal-istandard tal-Awtorita’ Maltija għall-Istandards.
Il-ġnienkien inawgurat il-Ħamis filgħaxija mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u mis-Sindku Joseph Sultana. Ix-xogħol seta’ jsir wara li l-Kunsill Lokali irċieva b’devoluzzjoni għalqa u parti mit-triq. F’dan il-ġnien sar ukoll investiment qawwi fil-ġenerazzjoni ta’ enerġija alternattiva filwaqt li qed jingħata s-servizz ta’ WI-FI b’xejn.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li uffiċċjali tal-Awtorita’ Maltija għall-Istandards għamlu diversi spezzjonijiet fil-playground tal-Munxar biex jassiguraw rwieħhom li l-faċilitajiet jikkonformaw mal-istandard il-ġdid li abbozz tiegħu kien pubblikat fil-jiem li għaddew.
Qalukoll li l-Gvern ċentrali, imnebbaħ mill-Politika dwar il-Gvern Lokali, qed jgħaddi l-għodda neċessarja lill-Kunsilli Lokali biex dawn ikunu jistgħu iwettqu r-responsabbiltajiet li għandhom. Hu propju għal dan il-għan li l-Gvern nieda diversi skemi biex ikompli jgħinhom finanzjarjament b’tali mod li jwettqu proġetti b’riżq il-komunitajiet li jirrappreżentaw.
Sabiex iwettaq il-proġett ta’ Ġnien il-ProfessurĠuże’ Aquilina, il-Kunsill Lokali tal-Munxar ibbenefika minn €40,000 mill-Iskema ta’ Finanzjament ta’ Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar, €8,700 mill-Iskema dwar Enerġija Alternattiva (it-tnejn skemi tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali) u €7,500 mill-Fond għar-Riġenerazzjoni Urbana tal-MEPA.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li l-Gvern qed jgħin fil-finanzjament u fit-twettiq ta’ 15-il proġett speċjali f’daqstant ieħor lokalitajiet żgħar. Għal dan il-għan qed joħroġ 237,000 ewro permezz ta’ l-Iskema ta’ Finanzjament ta’ Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar. Din hi  maħsuba biex tgħin lokalitajiet żgħar jagħmlu ċertu proġetti li ma jistgħux jilħqu jagħmlu bl-allokazzjoni finanzjarja diretta li jingħataw kull sena. Il-lokalitajiet Għawdxin li qed igawdu minn din l-iskema huma l-Fontana, Ta’ Kerċem, il-Munxar, il-Qala, San Lawrenz, ix-Xewkija u Ta’ Sannat.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li bejn l-2009 u l-2010, il-Gvern se jkun ta 615,000 ewro f’inċentivi biex Kunsilli Lokali jipproduċu enerġija alternattiva. Dan juri kemm il-Gvern kif ukoll il-Kunsilli Lokali qed jaħdmu biex tiżdied il-kuxjenza ambjentali f’pajjiżna.
Dwaril-Fond għall-Izvilupp Urban tal-MEPA, Chris Said qal li f’April li għadda kienu ffirmati 21 kuntratt biex fix-xhur li ġejjin jitwettqu proġetti b’valur ta’ 900,000 ewro fi 17-il lokalita’ differenti.
Sadanittant ix-xogħol fiĠnien il-Professur Ġuże’ Aquilina kien jinkludi l-bini mill-ġdid ta’ parti mit-triq li ddawwar il-playing field, il-bini ta’ multi-purpose room, ġiebja li tiġbor fiha 22,000 gallun sabiex jissaqqew il-pjanti u s-siġar tal-madwar, u l-bini ta’ latrini ġodda. Fil-ġnien qed ikun offrut is-servizz ta’ WI-FI b’xejn.
Barraminn hekk kienu installati pannelli solari biex jiġġeneraw biżżejjed enerġija sabiex jinxtegħel il-ġnien u jitħaddmu diversi sistemi li jinħtieġu l-elettriku.
Il-playing field hi mgħammra b’bandli, playhouse,gazebo u anki tagħmir tal-gym. Dan ifisser li dan l-ispazju rikreattiv se jkun l-ewwel wieħed f’Għawdex b’tagħmir tal-gym li hu magħmul b’mod speċifiku biex jintuża fuq barra.
Għall-ftuħuffiċjali tal-ġnien u playing field attenda wkoll is-Sindku tar-Rabat u President tar-Reġjun t’Għawdex Samuel Azzopardi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow