Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1602
Date Icon 02/09/2010

B’reazjoni għall-istqarrija tal-Onor Leo Brincat.

L-Onor Brincat flok jammetti liżbalja bil-kbir meta fl-istqarrija tiegħu saħaq li “l-Kumitat tal-Klima abbanduna d-deċiżjoni dwar l-użu tal-Gass naturali għal Power Station” qiegħed jipprova jdawwar id-diskors.
Leo Brincat qiegħed iwieġeb għalstqarrija li fiha l-Ministeru wera kif id-Deputat ta’ l-Opożizzjoni żbalja meta qal li r-referenza dwar il-gass naturali tneħħiet mill-istrateġija dwar il-bidla fil-klima.  Li ġara kien li in-numru tar-rakkomandazzjoni fl-istrateġija finali huwa differenti minn dak fl-abbozz tal-istrateġija u allura Leo Brincat wasal għall-konkluzjoni li r-rakkomandazzjoni kienet tneħħiet.   Dan ir-renumbering kien biżżejjed biex l-Onor Brincat jitfixkel u jiżbalja. Dan juri wkoll li l-Onor Brincat la qara r-rapport, u ma jitrattax is-suġett tal-bidla fil-klima bis-serjeta’.
L-istrateġija li ppubblika l-Gvernkulħadd jaf min fassalha.  Il-Gvern stieden ukoll lil Leo Brincat biex issirlu prezentazjoni u ssir diskussjoni miegħu ma’ min kien qiegħed jagħmel l-istrateġija.  Leo Brincat dakinhar aċċetta.  Leo Brincat beda jfaħħar ir-rapport, pero’ issa qiegħed jikkritika r-rapport, jagħmel attakki fuq nies li faħħar hu stess u qed jipprova jiskredita r-rapport anki billi jagħmel żbalji goffi.
L-Oppożizzjoni qalet li għandhakonsultenti li jfaslulha l-proposti.  Madanakollu l-Oppożizzjoni la tippubblika l-proposti u lanqas qalet min huma l-konsulenti.  L-Oppożizzjoni ma temminix fit-trasparenza.  Din hi tipikament l-Oppożizzjoni tal-passat.  Tkun negattiva f’kollox.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow