Left arrow Mur Lura

KONFERENZA INTERNAZZJONALI TAL-FOLKLOR BĦALA PARTI MILL-QALA INTERNATIONAL FOLK FESTIVAL

pr1600
Date Icon 02/09/2010
Għat-tieni senakonsekuttiva il-Qala International Folk Festival se jkun jinkludi Konferenza Internazzjonali tal-Folklor li se tittella’ fit-tielet jum ta’ din l-attivita’. It-tema tal-konferenza se tkun ‘Traditional Trades of Malta & Gozo’. F’din il-konferenza se ssir preżentazzjoni minn grupp folkloristiku mir-Russja, filwaqt li l-kelliema prinċipali se jkunu Anton F. Attard u Gwido Lanfranco, it-tnejn esperti fis-suġġett.
Id-dettalji ngħatawwaqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u mis-Sindku tal-Qala Paul Buttiġieġ.
Chris Said faħħar l-inizjattivili qed jieħdu diversi Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex li qed jisfruttaw l-iskemi ta’ attivitajiet kulturali offruti mill-Gvern biex jorganizzaw attivitajiet varji. Dawn l-attivitajiet qed jilħqu l-iskop tagħhom li jiġġeneraw influss ta’ viżitaturi kemm Maltin kif ukoll barranin lejn lokalitajiet li mhux normali jattiraw turisti lejhom. B’hekk l-inħawi kollha tal-gżejjer Maltin jibdew igawdu mill-industrija tat-turiżmu.
Chris Said qal lidawn l-istess attivitajiet qed iqarrbu l-komunitajiet rispettivi lejn it-tradizzjonijiet tal-lokalitajiet tagħhom u qed jgħinu biex iżommu ħajjin dawn l-istess tradizzjonijiet.
Il-ħames edizzjoni ta’dan il-festival annwali se ssir bejn il-Ħamis 16 u l-Ħadd 19 ta’ Settembru li ġej. Dan il-festival hu karatterizzat mill-parteċipazzjoni ta’ gruppi folk internazzjonali kif ukoll bl-esportazzjoni tal-wirjiet fi rħula oħra fil-gżira Maltija. Ta’ kull sena fih jieħdu sehem żewg gruppi internazzjonali li jiżfnu f’kull serata. Din is-sena se jieħdu sehem gruppi folk mir-Russja u mill-Italja kif ukoll tliet gruppi lokali u l-grupp organizzattiv Menhir Folk Group.
Il-festival jibda l-Ħamisfilgħaxija meta jsir defilé mill-parteċipanti kollha li jitilqu minn ħdejn l-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u jimxu sa Pjazza San Ġużepp fejn issir l-ewwel serata.
Il-Ġimgħa hi dedikatagħal Malta hekk kif filgħodu ssir rappreżentazzjoni f’Marsaskala filwaqt li filgħaxija ssir oħra f’San Ġiljan. Din ‘l-esportazzjoni’ tal-wirjiet f’żewġ lokalitajiet turistiċi Maltin, tgħin mhux ftit lill-festival innifsu li jkun għaddej fil-Qala.
Is-Sibt filgħodu,għat-tieni darba, se ssir il-Konferenza Internazzjonali tal-Folklor fiċ-Ċittadella b’żewġ kelliema esperti. Filgħaxija ssir serata oħra fi Pjazza San Ġużepp u wara jkun hemm band lokali li tanima lil dawk preżenti.
Il-Ħadd filgħodu sejkun organizzat Tieġ Malti – li hu popolari ferm mat-turisti u anki ma’ Maltin u Għawdxin. Wara tinfetaħ wirja dwar oġġetti ta’ folklor li jinkludi xogħol maħdum minn Qalin. Din il-wirja tkun animata minn daqq folkloristiku minn grupp tal-Folklor Għawdxi. Filgħaxija ssir is-serata finali bl-għoti ta’ trofej lill-parteċipanti minn persuni distinti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow