PROGRESS SOSTANZJALI FUQ IX-XOGĦLIJIET FIT-TOROQ LOKALI F’ERBA’ ĠIMGĦAT - 29 TRIQ F’ĦAŻ-ŻEBBUĠ U X-XAGĦRA JIŻDIEDU MAL-LISTA TA’ XOGĦLIJIET F’TOROQ RESIDENZJALI
pr1594
01/09/2010
| Il-lista ta’ | xogħlijiet f’toroq residenzjali kompliet titwal hekk kif kien approvat li jsiru xogħlijiet f’toroq lokali f’żewġ lokalitajiet oħra. Dan ifisser li fix-xhur li ġejjin se jsiru xogħlijiet fuq 475 triq f’49 lokalità b’investiment komplessiv ta’ €14-il miljun. |
| Mill-4 ta’ Awwissu | sal-lum, mindu tħabbret il-lista oriġinali, kien hemm żviluppi importanti fil-każ ta’ 342 triq. Dan hekk kif diġà tlestew 30 triq lokali, filwaqt li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq 21 oħra. Fil-każ ta’ 109 toroq lokali, it-tenders ġew aġġudikati u x-xogħol se jibda f’qasir żmien; 80 tender għaldaqstant toroq jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tax-xogħlijiet; filwaqt li nħarġet is-sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet f’102 toroq oħra. |
| Għas-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said dan juri kemm-il Gvern qed jaħdem b’għaqal billi joffri l-għodda neċessarja sabiex il-Kunsilli Lokali jwettqu l-ħidma tagħhom. Hu qal ukoll li l-Gvern se jkompli jsus wara l-Kunsilli Lokali kollha biex iwettqu x-xogħlijiet skont kif programmat. Il-fatt li f’temp ta’ erba’ ġimgħat sar progress sostanzjali fuq 342 triq mil-lista mħabbra 27 jum ilu, juri li ħafna qed jiġbdu l-ħabel tal-Gvern biex jassiguraw li jlestu x-xogħlijiet fil-ħin għall-benefiċċju tar-residenti u l-komunitajiet li jirrappreżentaw. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said kien qed jitkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ li matulha tħabbar li kienu approvati li jsiru x-xogħlijiet f’27 triq bejn Ħaż-Żebbuġ u x-Xagħra f’Għawdex. |
| Ix-xogħlijiet kienu | approvati biex isiru taħt l-iskema tal-Public Private Partnership (PPP). 19 minn dawn it-toroq jinsabu f’Ħaż-Żebbuġ filwaqt li tmienja jinsabu fix-Xagħra f’Għawdex. Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali se jkun qed jgħin sostanzjalment ukoll fl-iffinanzjar tal-bini mill-ġdid ta’ Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ. Ix-xogħlijiet f’din it-triq jinkludu l-bdil tas-servizzi kollha. |
| Is-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ | Alfred Grixti qal li dan hu frott tal-ħidma kollettiva tal-kunsillieri kollha. Hu qal li t-toroq f’Ħaż-Żebbuġ huma priorità u faħħar il-mod ta’ kif il-Gvern ċentrali qed jgħin aktar minn qatt qabel lill-Kunsilli Lokali biex iwettqu xogħlijiet importanti fit-toroq residenzjali. |
| It-toroq li qed isiru | taħt l-iskema tal-PPP issa jammontaw għal 237 fi 28 lokalità differenti madwar Malta u Għawdex. Aktar kmieni din is-sena l-Kunsilli Lokali kienu ntalbu jissottomettu l-ismijiet tat-toroq li jridu li jtejbu. L-applikazzjonijiet qed jiġu evalwati skont kif daħlu u fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jkunu ppubblikati l-ismijiet ta’ aktar toroq li se jsir xogħlijiet fuqhom f’aktar lokalitajiet. |
| Chris Said fakkar li | apparti bl-iskema tal-PPP, 185 triq fi 33 lokalità se jkunu qed isiru mill-Kunsilli Lokali nfushom. Ix-xogħlijiet se jitħallsu mill-allokazzjoni diretta li l-Kunsilli Lokali jirċievu mingħand il-Gvern. Mill-allokazzjoni ta’ din is-sena 5.2 miljun ewro jistgħu jintużaw biss għal xogħlijiet fit-toroq. |
| Barra minn hekk il-Gvern | identifika tliet lokalitajiet biex magħhom iħaddem proġett pilota u li permezz tiegħu jsiru b’kollox 61 triq b’investiment ta’ 1.3 miljun ewro. Permezz ta’ dan il-proġett pilota, il-lokalitajiet tal-Imqabba, Ħal Kirkop u s-Swieqi qed isiru lokalitajiet b’qafas ta’ toroq mibni u lest minn kollox. It-toroq li se jsiru fis-Swieqi permezz ta’ dan il-proġett pilota jinsabu kollha fil-Madliena. |
| Chris Said fakkar li | bejn l-2008 u l-2011 se jkunu nbnew u saru xogħlijiet f’949 triq residenzjali. Dawn iċ-ċifri jinkludu wkoll il-proġetti ta’ Transport Malta li fis-sentejn u nofs li għaddew lestiet 177 triq residenzjali; filwaqt li bejn issa u l-ewwel xhur tas-sena d-dieħla Transport Malta se tkun qed tlesti 137 triq residenzjali oħra. Dawn huma kollha toroq li qed jinbnew għall-ewwel darba. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990