STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT.
pr1593
01/09/2010
| Konfużjoni fl-Oppożizzjoni dwar | l-amministrazzjoni tal-kontijiet pubbliċi |
| L-istqarrija ppubblikata | mill-Oppożizzjoni lbieraħ dwar il-finanzi tal-Gvern hija indikazzjoni ta’ Oppożizzjoni li ma tistax tifhem il-mod li bih Gvern ta’ pajjiż jamministra l-fondi pubbliċi għaliex tinjora evidenza li suppost hija bażika għal min jgħid li huwa lest biex imexxi l-pajjiż. |
| Din is-sena l-Gvern iddeċieda li | jissellef kważi l-ammont kollu li kellu joħroġ fi stocks fl-ewwel tmien xhur tas-sena biex jittieħed vantaġġ mir-rati vantaġġużi u l-kundizzjonijiet li hemm attwalment fis-swieq. Dan ifisser li fil-preżent il-Gvern għandu aktar likwidità li titnaqqas matul is-sena billi jonqsu l-ammont ta’ Treasury Bills pendenti. |
| Barra minn dan l-Oppożizzjoni suppost | li taf li l-parti l-kbira tad-dħul li jagħmel il-pajjiż b’mod partikolari mill-income tax isir fl-aħħar tas-sena. Għalhekk, lejn l-aħħar tas-sena jonqos il-bżonn li l-Gvern jissellef. Il-mod kif jinħadem dan il-prinċipju ġie spjegat lil Charles Mangion f’ittra mibgħuta fl-20 ta’ Lulju 2010 mill-Accountant General lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi li qed tiġi mehmuża ma’ din l-ittra. |
| Ta’ min ifakkar li minkejja dawn | l-istqarrijiet tal-Oppożizzjoni, kienet statistika tal-Unjoni Ewropea stess li aktar kmieni din is-sena ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li Malta kienet fost l-uniċi żewġ pajjiżi Ewropej li rnexxielhom inaqqsu d-defiċit matul is-sena li għaddiet. Aktar minn hekk, din is-sena wkoll il-Kummissjoni Ewropea stess nnutat li Malta kienet ħadet azzjoni effettiva biex tikkoreġi dan l-iżbilanċ iżda rrikonoxxiet li l-impatt tal-kriżi ekonomika globali kien aktar milli kien mistenni aktar kmieni s-sena li għaddiet, anke skont il-previżjonijiet tagħha stess. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990