ME&U FEST – POLITIKA TA’ KOEŻJONI 2007-2013: FESTIVAL TA’ ATTIVITAJIET GĦALL-FAMILJA
pr1591
01/09/2010
| L-Awtorita’ f’Malta dwar il-Ġestjoni tal-Fondi | tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 tal-Unjoni Ewropea – id-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru – tixtieq tistieden lill-pubbliku ġenerali għall-mE&U fest. mE&U fest huwa festival ta’ attivitajiet għall-familija u informazzjoni li se jittella’ nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru 2010 fiż-Żona ta’ Rikreazzjoni fil-Munxar, Għawdex, mill-5:00pm sad-09:00pm, u nhar l-Erbgħa 8 ta’ Settembru 2010, fil-Park Nazzjonali tas-Salini (Kennedy Grove), Malta mill-5:00pm sal-11:00pm. |
| Matul | il-mE&U fest, il-pubbliku jkollu l-opportunita’ jikseb tagħrif dwar il-benefiċċji li qed igawdi l-poplu Malti u Għawdxi mill-Programm Operattiv I Ninvestu fil-Kompetittività għal Kwalità ta’ Ħajja Aħjar u mill-Programm Operattiv II Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalità ta’ Ħajja Aħjar permezz ta’ preżentazzjonijiet u wirjiet interattivi ta’ uħud mill-proġetti li qed jitwettqu bħalissa taħt iż-żewġ Programmi Operattivi – Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013. Waqt l-mE&U fest ser jkun hemm ukoll attivitajiet għall-familja kollha, bis-sehem ta’ kantanti stabbiliti (Chiara, Chasing Pandora, Miriam Christine) kif ukoll animazzjoni, żfin u ħafna aktar. |
Min jixtieq aktar tagħrif dwar il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, jista’ jikkuntattja lil PPCD permezz tas-Servizz ta’ Għajnuna online: info.ppcd@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990