l-M.S.A. bi twissijiet dwar 31 prodott ta’ periklu għall-konsumatur
pr1590
01/09/2010
| Tul dawn l-aħħar sentejn | u nofs l-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (MSA) ħarġet twissijiet dwar 31 prodott li ma kienux ta’ livelli adegwati u għaldaqstant setgħu jkunu ta’ periklu għall-konsumatur li jixtrihom. |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta, Chris Said meta dalgħodu fetaħ seminar dwar is-sistema RAPEX organizzat mill-MSA u mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur (DG SANCO) tal-Kummissjoni Ewropea. |
| Ir-RAPEX hi sistema | mhejjija u mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea biex tassigura li prodotti li jinstab li jkunu ta’ riskju serju għas-saħħa tal-konsumaturi, jkunu notifikati madwar is-suq Ewropew kollu. B’hekk il-pajjiżi membri kollha tal-UE jkunu jistgħu jieħdu miżuri f’waqthom biex jassiguraw li ħadd mill-konsumaturi ma jbati konsegwenzi ta’ prodotti mhux konformi mal-liġijiet u r-regolamenti Ewropej. |
| Chris Said fisser dan l-aspett | bħala mill-aktar interessanti fit-tħaddim tas-suq intern Ewropew. Dan għaliex jixhed is-sens ta’ solidarjeta’ li jeżisti bejn il-pajjiżi membri li bejniethom jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom fejn tidħol sorveljanza ta’ prodotti fuq is-suq. |
| Il-MSA organizzat dan | is-seminar ta’ informazzjoni għall-uffiċjali tagħha u anki għall-uffiċjali tad-Dwana. Is-seminar kien indirizzat ukoll minn żewġ uffiċjali tad-Direttorat Generali SANCO, Adam Romanowski u Stefano Soro, kif ukoll miċ-Chairman tal-MSA, Francis E. Farrugia. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990