Left arrow Go Back

l-M.S.A. bi twissijiet dwar 31 prodott ta’ periklu għall-konsumatur

pr1590
Date Icon 01/09/2010
Tul dawn l-aħħar sentejnu nofs l-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (MSA) ħarġet twissijiet dwar 31 prodott li ma kienux ta’ livelli adegwati u għaldaqstant setgħu jkunu ta’ periklu għall-konsumatur li jixtrihom.
Dan qalu s-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta, Chris Said meta dalgħodu fetaħ seminar dwar is-sistema RAPEX organizzat mill-MSA u mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur (DG SANCO) tal-Kummissjoni Ewropea.
Ir-RAPEX hi sistemamhejjija u mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea biex tassigura li prodotti li jinstab li jkunu ta’ riskju serju għas-saħħa tal-konsumaturi, jkunu notifikati madwar is-suq Ewropew kollu. B’hekk il-pajjiżi membri kollha tal-UE jkunu jistgħu jieħdu miżuri f’waqthom biex jassiguraw li ħadd mill-konsumaturi ma jbati konsegwenzi ta’ prodotti mhux konformi mal-liġijiet u r-regolamenti Ewropej.
Chris Said fisser dan l-aspettbħala mill-aktar interessanti fit-tħaddim tas-suq intern Ewropew. Dan għaliex jixhed is-sens ta’ solidarjeta’ li jeżisti bejn il-pajjiżi membri li bejniethom jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom fejn tidħol sorveljanza ta’ prodotti fuq is-suq.
Il-MSA organizzat danis-seminar ta’ informazzjoni għall-uffiċjali tagħha u anki għall-uffiċjali tad-Dwana. Is-seminar kien indirizzat ukoll minn żewġ uffiċjali tad-Direttorat Generali SANCO, Adam Romanowski u Stefano Soro, kif ukoll miċ-Chairman tal-MSA, Francis E. Farrugia.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow