Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari CLYDE PULI jiltaqa’ mal-ġerrejja MALTIN li rebħu il-kampjonat Mediterranean Horse Racing Union 2010

pr1587
Date Icon 31/08/2010
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport,l-Onor Clyde Puli iltaqa’ mal-Kunsill tal-Malta Racing Club u mal-ġerrejja li pparteċipaw fil-kampjonat tal-Mediterranean Horse Racing Union 2010 li sar il-Ħadd 22 ta’ Awwissu. F’dan il-kampjonat Malta kienet iddikjarata bħala r-rebbieħa tal-kampjonat minn fost it-8 pajjiżi li ħadu sehem. Dawn il-pajjiżi huma l-Ukranja, Franza, l-Italja, s-Serbja, Slovenja, Spanja u Malta.
L-OnorPuli feraħ lill-ġerrejja tas-suċċess li ġabu lejn pajjiżna u faħħar it-talent Malti f’dan l-isport. Hu feraħ ukoll lill-Kunsill tal-Malta Racing Club tas-sostenn li tat lil dawn il-ġerrejja f’din il-kompetizzjoni, filwaqt li wiegħed l-impenn tal-Gvern biex ikompli jgħin lil dan l-isport.
F’danil-kampjonat Malta ipparteċipat b’ġerrejja differenti dan biex aktar ġerrejja jieħdu esperjenza ta’ sewqan fil-livell internazzjonali.
Il-ġerreja Maltin li ħadu sehem f’dan il-kampjonatkienu: Frenċu Cassar; Carl Caruana; Alan Agius; George Attard; Charles Camilleri u Anthony Demanuele. Dawn il-ġerrejja ħadu sehem f’sitt tappep fejn l-ewwel tappa saret f’Malta u l-aħħar tappa fir-Russja fejn hemmek ġie deċiż ir-riżultat finali. Fil-fatt ir-riżultat pożittiv fir-Russja kien ifisser li Malta kienet ir-rebbieħa ta’ dan il-kampjonat meta rnexxiela tikseb 0.5 punt aktar mis-Serbja u l-Italja li spiċċaw fit-tieni post bl-istess ammont ta’ punti.
Ta’ minjgħid ukoll li bħalissa Malta qed tokkuppa l-ewwel pożizzjoni f’dak li huwa l-istess kampjonat miftuħ għaż-żwiemel tal-Galopp. L-aħħar tappa ta’ dan il-kampjonat u li ser tkun deċiżiva għal min ser jirbaħ dan il-kampjonat ser issir l-Italja fit-8 ta’ Diċembru li ġej.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow