Attivitajiet Kulturali mill-kunsilli lokali Settembru 2010
pr1586
31/08/2010
| Ikel, mużika u tradizzjonijiet - Seba’ attivitajiet | tul Settembru biex jippromwovu l-identita’ tal-lokalitajiet Maltin |
| Serati | mużiko-letterarji, ikel tipiku Mediterranju inkluż dak Malti, logħob tradizzjonali, l-għasir taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt, u rappreżentazzjonijiet dwar l-istorja medjevali ta’ Malta. Dawn se jkunu t-temi ewlenin ta’ seba’ attivitajiet kulturali li se jkunu organizzati minn daqstant Kunsilli Lokali matul ix-xahar ta’ Settembru. Dawn l-attivitajiet qed isiru taħt l-Iskema Attivitajiet Kulturali ko-finanzjata mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu. |
| Kull waħda minn dawn | l-attivitajiet hi maħsuba biex toħroġ il-karatteristiċi u l-identita’ partikolari tal-lokalitajiet rispettivi. L-attivitajiet għal Settembru jinkludu Lejl għat-Tard li se ssir f’Ħ’Attard; l-Iljieli Mellieħin 2010; Inġeddu Tfulitna – Festival ta’ Logħob Tradizzjonali Malti f’Birżebbuġa; il-Qala International Folk Festival; Lejla Maltija f’San Ġwann; Żejt iż-Żejtun u attivita’ b’tema marbuta max-Xogħol, l-Ikel u x-Xorb matul il-medda taż-żminijiet li se ssir fil-Marsa. |
| Id-dettalji ngħataw waqt | konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u mis-Sindki tas-seba’ lokalitajiet li qed jorganizzaw attivitajiet matul Settembru. |
| Permezz tal-Iskema | għall-Attivitajiet Kulturali, il-Kunsilli Lokali qed jingħataw għajnuna u qed ikunu mħeġġa jorganizzaw attivitajiet li m’humiex fl-eqqel tal-istaġun tat-turiżmu, sabiex jiġbdu lejhom kemm turisti barranin kif ukoll Maltin u Għawdxin. Chris Said fakkar li matul is-sentejn li għaddew il-Gvern ta għajnuna biex kienu organizzati 81 attivita’ lokali u l-iskema tant kienet popolari li fit-tieni sena l-ammont ta’ attivitajiet megħjuna rduppjaw. Chris Said qal li issa l-Gvern se jaħdem biex jgħin dawk l-attivitajiet li stabbilew ruħhom bħala attivitajiet ta’ kwalita fil-kalendarju annwali. L-iskema se tgħin ukoll Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi li jridu jorganizzaw attivitajiet ġodda u li jkunu innovattivi. |
| Propju fil-ġimgħat li | għaddew il-Gvern nieda l-Iskema Inizjattivi u Attivitajiet għall-Kunsilli Lokali 2011 tinvolvi kwart ta’ miljun ewro. L-iskema hi maħsuba biex tilħaq l-għanijiet imfassla mill-Politika tal-Gvern Lokali u mill-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu. Fost l-oħrajn dawn l-attivitajiet għandhom jgħinu jsaħħu l-prodott turistiku li joffru l-gżejjer Maltin, jattiraw turisti lejn lokalitajiet li normalment ma jattirawx wisq turisti lejhom, u jestendu l-attivitajiet għax-xhur kollha tas-sena b’mod partikolari fix-xhur tax-xitwa. |
| Sabiex attivita’ tkun eliġibbli biex tirċievi | l-għajnuna tal-Gvern taħt l-iskema l-ġdida, din trid tiġi organizzata bejn Diċembru 2010 u nofs Ġunju 2011 jew inkella bejn Settembru 2011 u tmiem Diċembru 2011. |
| Il-Kunsilli Lokali li jridu jorganizzaw attivitajiet | u jirċievu għajnuna permezz ta’ din l-iskema għandhom ċans biex japplikaw sal-Ġimgħa 17 ta’ Settembru 2010. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990