Left arrow Go Back

Attivitajiet Kulturali mill-kunsilli lokali Settembru 2010

pr1586
Date Icon 31/08/2010
Ikel, mużika u tradizzjonijiet - Seba’ attivitajiettul Settembru biex jippromwovu l-identita’ tal-lokalitajiet Maltin
Seratimużiko-letterarji, ikel tipiku Mediterranju inkluż dak Malti, logħob tradizzjonali, l-għasir taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt, u rappreżentazzjonijiet dwar l-istorja medjevali ta’ Malta. Dawn se jkunu t-temi ewlenin ta’ seba’ attivitajiet kulturali li se jkunu organizzati minn daqstant Kunsilli Lokali matul ix-xahar ta’ Settembru. Dawn l-attivitajiet qed isiru taħt l-Iskema Attivitajiet Kulturali ko-finanzjata mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu.
Kull waħda minn dawnl-attivitajiet hi maħsuba biex toħroġ il-karatteristiċi u l-identita’ partikolari tal-lokalitajiet rispettivi. L-attivitajiet għal Settembru jinkludu Lejl għat-Tard li se ssir f’Ħ’Attard; l-Iljieli Mellieħin 2010; Inġeddu Tfulitna – Festival ta’ Logħob Tradizzjonali Malti f’Birżebbuġa; il-Qala International Folk Festival; Lejla Maltija f’San Ġwann; Żejt iż-Żejtun u attivita’ b’tema marbuta max-Xogħol, l-Ikel u x-Xorb matul il-medda taż-żminijiet li se ssir fil-Marsa.
Id-dettalji ngħataw waqtkonferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u mis-Sindki tas-seba’ lokalitajiet li qed jorganizzaw attivitajiet matul Settembru.
Permezz tal-Iskemagħall-Attivitajiet Kulturali, il-Kunsilli Lokali qed jingħataw għajnuna u qed ikunu mħeġġa jorganizzaw attivitajiet li m’humiex fl-eqqel tal-istaġun tat-turiżmu, sabiex jiġbdu lejhom kemm turisti barranin kif ukoll Maltin u Għawdxin. Chris Said fakkar li matul is-sentejn li għaddew il-Gvern ta għajnuna biex kienu organizzati 81 attivita’ lokali u l-iskema tant kienet popolari li fit-tieni sena l-ammont ta’ attivitajiet megħjuna rduppjaw.  Chris Said qal li issa l-Gvern se jaħdem biex jgħin dawk l-attivitajiet li stabbilew ruħhom bħala attivitajiet ta’ kwalita fil-kalendarju annwali. L-iskema se tgħin ukoll Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi li jridu jorganizzaw attivitajiet ġodda u li jkunu innovattivi.
Propju fil-ġimgħat ligħaddew il-Gvern nieda l-Iskema Inizjattivi u Attivitajiet għall-Kunsilli Lokali 2011 tinvolvi kwart ta’ miljun ewro. L-iskema hi maħsuba biex tilħaq l-għanijiet imfassla mill-Politika tal-Gvern Lokali u mill-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu. Fost l-oħrajn dawn l-attivitajiet għandhom jgħinu jsaħħu l-prodott turistiku li joffru l-gżejjer Maltin, jattiraw turisti lejn lokalitajiet li normalment ma jattirawx wisq turisti lejhom, u jestendu l-attivitajiet għax-xhur kollha tas-sena b’mod partikolari fix-xhur tax-xitwa.
Sabiex attivita’ tkun eliġibbli biex tirċievil-għajnuna tal-Gvern taħt l-iskema l-ġdida, din trid tiġi organizzata bejn Diċembru 2010 u nofs Ġunju 2011 jew inkella bejn Settembru 2011 u tmiem Diċembru 2011.
Il-Kunsilli Lokali li jridu jorganizzaw attivitajietu jirċievu għajnuna permezz ta’ din l-iskema għandhom ċans biex japplikaw sal-Ġimgħa 17 ta’ Settembru 2010.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow