Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT KONTINWU FIS-SISTEMA TA’ DISTRIBUZZJONI TAL-ENERĠIJA

pr1584
Date Icon 31/08/2010
Għalkemmil-Korporazzjoni Enemalta għaddejja fil-preżent b’investimenti sostanzjali u importanti fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, għaddejjin ukoll numru ta’ proġetti intiżi biex isaħħu s-sistema ta’ distribuzzjoni tal-enerġija f’pajjiżna. Dan huwa essenzjali biex il-familji u n-negozji jkollhom provvista sigura tal-enerġija u biex pajjiżna jibqa’ kompetittiv u kapaċi jattira investiment ta’ kwalità lejh. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt l-inawgurazzjoni ta’ Uffiċċju Distrettwali ġdid tal-Enemalta fil-Mosta.
Fostil-proġetti ewlenin il-Ministru rrefera għall-investiment ta’ €20m f’Ċentru ta’ Distribuzzjoni fil-Kappara, li se jservi ta’ punt fokali għad-distribuzzjoni tal-enerġija fil-Grigal ta’ Malta u biex jgħaqqad mal-interconnector mal-grid Ewropew. Qed jiġu installati wkoll żewġ cables ġodda 132kv, twal 8km, f’mina taħt l-art bejn il-Powerstation u d-Distribution Centre tal-Marsa Industrial Estate b’investiment ta’ €5.8m.

L-Onor. Tonio Fenech fakkar ukoll fl-investiment ta’ €5m fis-sistema magħrufa bħala SCADA, li hija sistema ċentralizzata ta’ kontroll għan-networks tal-korporazzjoni, biex l-Enemalta tkun tista’ tikkontrolla u tissuperviżjona s-substations primarji tagħha. Dan se jagħmel il-provvista aktar affidabbli u ttejjeb ir-rapidità tal-intervent fil-każ ta’ ħsarat.

Il-Ministru spjega kif fejn hu possibblil-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tgħaddi s-sistema ta’ trażmissjoni minn taħt l-art permezz ta’ mini, kemm fejn għandha x’taqsam is-sistema preżenti, kif ukoll meta qed isir tibdil u upgrading ta’ partijiet mis-sistema preżenti. Dan qed isaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku u jippermetti li l-ħsarat jistgħu jissewwew f’perjodu aktar qasir.
Filwaqtli rringrazzja lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta għax-xogħol siewi tagħhom, l-Onor. Tonio Fenech esprima l-impenn tiegħu li se tibqa’ għaddejja ħidma kontinwa intiża biex il-konsumatur jinqeda aħjar. Huwa rrefera għall-ħidma tal-kumpanija ARMS u filwaqt li rrikonoxxa li din kienet sena mill-aktar impenjattiva għal din il-kumpanija, enfasizza l-bżonn li jibqgħu jsiru l-bidliet meħtieġa biex il-konsumatur jinqeda aħjar u aktar malajr. F’dan il-kuntest huwa qal li fix-xhur li ġejjin l-ARMS mistennija tiftaħ uffiċċju ġdid fi Blata l-Bajda filwaqt li kienu qed jiġu kkunsidrati wkoll numru ta’ uffiċċji reġjonali oħra biex il-pubbliku jintlaħaq aħjar.
Fl-intervent tiegħu l-Aġent Chairman EdmundGatt Baldacchino tkellem dwar l-importanza ta’ dan l-uffiċċju l-ġdid fil-Mosta li taħt saqaf wieħed jiġbor numru ta’ servizzi fosthom uffiċċju għall-ħaddiema klerikali, uffiċjali tekniċi u inġiniera, post għar-rikreazzjoni tal-ħaddiema, maħżen organizzat, kif ukoll reception area għall-konsumaturi u kamra għat-taħriġ. L-uffiċċju l-ġdid joffri ambjent aħjar li jwassal biex iżid l-effiċenza kif ukoll jaqdi għall-ħtieġa tal-konsumaturi u l-ħaddiema. Huwa għalaq billi rringrazzja lill-ħaddiema tal-Enemalta li ħadmu fuq dan il-proġett.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow