STQARRIJA Tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern
pr1580
30/08/2010
| B’referenza għall-istqarrija | tad-Deputat tal-Oppozizzjoni, Dr. Michael Falzon, rigward il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern ifakkar li diġà hemm inkjesta indipendenti u imparzjali għaddejja dwar dan il-każ. Dan peress li l-Maġistrat tal-Għassa, Dr. Gabriella Vella LL.D, kienet immedjatament infurmata bid-deċess tal-priġunier u dak inhar stess ordnat li tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali. Il-Maġistrat Inkwerenti appuntat l-Espert Mediku Dr. Mario Scerri biex jassistiha fl-inkjesta. |
| Il-Ministeru m’għandu ebda dubju li | din l-Inkjesta Maġisterjali qed titmexxa bl-akbar serjetà kif titlob il-liġi u għalhekk ser jistenna l-eżitu tagħha biex jara x’kienu r-raġuni u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-mewt ta’ dan il-priġunier. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990