punti mid-diskors tal-Ministru tas-SaĦĦa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar, fl-okkaŻjoni tal-ftuĦ ta’ berġa fil-birgu
pr1579
30/08/2010
| “Nibda bi grazzi kbira | lill-Kunsill Lokali tal-Birgu u b’mod partikolari lis-sindku John Boxall ta’ kemm ħadem (għal snin twal) biex dan il-jum jasal. Dan il-post huwa ta’ eżempju għall-kollaborazjonijiet futuri bejn il-Gvern u l-Kunsilli lokali. |
| Fi ħdan il-bini storiku | tal-Berġa ta’ l-Ingilterra, il-Berġa tas-Saħħa tal-Birgu se tieħu sens ta’ dinjita’, post ferm aktar xieraq minn dik li kien hemm fi Triq it-torri ta’ San Gwann fil-Birgu stess. Il-Bereġ joffru servizz ta’ infermiera u tobba għal ftit siegħat fil-gimgħa biex jaqdu il-bżonnijiet mediċi bażiċi taż-żona. Is-servizz huwa b’appuntament iżda walk-ins jinqdew ukoll. L-iktar li tintuża huwa minn pazjenti li jridu jġeddu r-riċetta biex jieħdu l-mediċini b’xejn. L-istess mediċini jistgħu jigbruhom mill-istess berġa skond l-appuntament mogħti lilhom mill-infermiera. |
| Il-Bereġ ikomplu | jidiċentralizzaw is-servizzi tas-saħħa f’pajjizna u għalhekk inizzjattivi bħall din għandhom jinataw importanza u t-tifħir misthoqq. |
| Grazzi wkoll | lid-diviżjoni tal-kura Primarja taħt it-tmexxija ta’ Dr Denis Vella Baldacchino. Grazzi lill-istaff taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla għall-ħidma fiż-żona tal-Kottonera kollha. Grazzi partikolari lill Josette Scicluna (N.O) u lill Dr Martinelli ta’ l-interess personali li wrew biex dan il-proġett jitwettaq” temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Joe Cassar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990