Ippremjati r-rebbieħa ta' kompetizzjoni tal-fotografija għall-istudenti ta' Skola Sajf organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u d-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudenti
pr1577
30/08/2010
| F'ċerimonja li saret f'Dar l-Ewropa, il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina ippremjat lir-rebbieħa ta' kompetizzjoni tal-fotografjia organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta għall-istudenti ta' Skola Sajf. Il-Ministru wriet l-apprezzament tagħha għall-entużjażjmu u l-kreattività li wrew it-tfal li ħadu sehem. It-tema magħżula għall-kompetizzjoni kienet "Flimkien għal Dinja Aħjar - Opportunitajiet, Parteċipazzjoni u Inklużjoni", b'aċċenn partikolari għas-Sena Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali. |
| "Il-ħiliet tat-tfal għandhom ikunu rikonoxxuti u | mħeġġa minn età żgħira. Fostna jista' jkun li hawn il-mexxejja ta' għada", qalet il-Ministru, fil-messaġġ tagħha. Hija rringrazzjat lir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea tal-inizjattiva li tieħu ta' kull sena mal-istudenti ta' Skola Sajf u ferħet lil kull min ħa sehem. Il-Ministru awgurat li t-tfal jibqgħu jrawmu l-passjonijiet tagħhom u ħeġġet lill-ġenituri biex iħallulhom spazju għal attivitajiet lil hinn mis-suġġetti tradizzjonali li jitgħallmu fl-iskejjel. |
| Dr | Angelo Chetcuti, f'isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, spjega li matul is-sajf numru ta' tfal miċ-ċentri ta' Skola Sajf żaru Dar l-Ewropa, fejn setgħu jiltaqgħu ma' membri tal-istaff tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew u jitgħallmu aktar dwar l-UE u jiddiskutu temi marbuta magħha li jinteressawhom. Min-naħa tiegħu, id-Direttur tad-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudenti, is-Sur George Borg, faħħar il-kwalità tar-ritratti rebbieħa u semma' bosta proġetti oħra li d-Dipartiment imexxi biex jinċentiva lit-tfal jipparteċipaw f'attivitajiet differenti. |
| It-tnax-il ritratt rebbieħ, imsemmija hawn taħt, ser | jidhru fil-kalendarju tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea għas-sena 2011 li mistenni jitqassam fl-iskejjel kollha ta' Malta. |
| L-aħjar | tnax-il ritratt kienu dawn: |
| Mqabba | Tfal Abbandunati (rebbieħ tal-ewwel premju) Janette Bondin, Matthew Ghigo, Shanice Ghigo |
Sannat (Gozo)
Flimkien f'Dinja Wahda (rebbieħ tat-tieni premju)
Liam Vella, Sabrina Mizzi, Margherita Muscat
Rabat (Malta)
Flimkien neqirdu l-ingustizzji (rebbieħ tat-tielet premju)
Maya Farrugia, Erci James Bartolo, Clayton Sant
Mqabba
Help!
Danika Cutajar, Shawn Zammit, Mandy Azzopardi
Inkluzjoni
Kasy Mercieca, Shirley Mercieca, Maximus Sam S. Azzopardi
| Rabat | (Malta) |
| Nghinu | minghajr distinzjoni Rebekah Camilleri, Chris Joseph Demanuele, Kurt Psaila |
| Burmarrad | From me to you Matthew Magro, Ryan Borg, Stephania Mifsud |
| Innocence has no place for racism | Stephania Mifsud, Glorie Oscar Akpan, Julian Mifsud |
| Racism | hurts Jeremy Johnatan Mifsud, Trudy Camilleri, Ryan Borg |
| Qormi (San Bastjan) | Together for a better world Erika Cassar, Owen Degorgio, Jake Vella |
| Hamrun | Gail Schembri, Casey Bradbury, Clive Pace |
| B'Kara | Sharing brings love and peace Sumaya Ben Saad, Shaymaa Ben Saad, Amara Sylla |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990