Left arrow Go Back

Ippremjati r-rebbieħa ta' kompetizzjoni tal-fotografija għall-istudenti ta' Skola Sajf organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u d-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudenti

pr1577
Date Icon 30/08/2010
F'ċerimonja li saret f'Dar l-Ewropa, il-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina ippremjat lir-rebbieħa ta' kompetizzjoni tal-fotografjia organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta għall-istudenti ta' Skola Sajf. Il-Ministru wriet l-apprezzament tagħha għall-entużjażjmu u l-kreattività li wrew it-tfal li ħadu sehem. It-tema magħżula għall-kompetizzjoni kienet "Flimkien għal Dinja Aħjar - Opportunitajiet, Parteċipazzjoni u Inklużjoni", b'aċċenn partikolari għas-Sena Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali.
"Il-ħiliet tat-tfal għandhom ikunu rikonoxxuti umħeġġa minn età żgħira. Fostna jista' jkun li hawn il-mexxejja ta' għada", qalet il-Ministru, fil-messaġġ tagħha. Hija rringrazzjat lir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea tal-inizjattiva li tieħu ta' kull sena mal-istudenti ta' Skola Sajf u ferħet lil kull min ħa sehem. Il-Ministru awgurat li t-tfal jibqgħu jrawmu l-passjonijiet tagħhom u ħeġġet lill-ġenituri biex iħallulhom spazju għal attivitajiet lil hinn mis-suġġetti tradizzjonali li jitgħallmu fl-iskejjel.
DrAngelo Chetcuti, f'isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, spjega li matul is-sajf numru ta' tfal miċ-ċentri ta' Skola Sajf żaru Dar l-Ewropa, fejn setgħu jiltaqgħu ma' membri tal-istaff tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew u jitgħallmu aktar dwar l-UE u jiddiskutu temi marbuta magħha li jinteressawhom. Min-naħa tiegħu, id-Direttur tad-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudenti, is-Sur George Borg, faħħar il-kwalità tar-ritratti rebbieħa u semma' bosta proġetti oħra li d-Dipartiment imexxi biex jinċentiva lit-tfal jipparteċipaw f'attivitajiet differenti.
It-tnax-il ritratt rebbieħ, imsemmija hawn taħt, serjidhru fil-kalendarju tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea għas-sena 2011 li mistenni jitqassam fl-iskejjel kollha ta' Malta.
L-aħjartnax-il ritratt kienu dawn:
MqabbaTfal Abbandunati (rebbieħ tal-ewwel premju) Janette Bondin, Matthew Ghigo, Shanice Ghigo

Sannat (Gozo)
Flimkien f'Dinja Wahda (rebbieħ tat-tieni premju)
Liam Vella, Sabrina Mizzi, Margherita Muscat

Rabat (Malta)
Flimkien neqirdu l-ingustizzji (rebbieħ tat-tielet premju)
Maya Farrugia, Erci James Bartolo, Clayton Sant

Mqabba

Help!
Danika Cutajar, Shawn Zammit, Mandy Azzopardi

Inkluzjoni
Kasy Mercieca, Shirley Mercieca, Maximus Sam S. Azzopardi

Rabat(Malta)
Nghinuminghajr distinzjoni Rebekah Camilleri, Chris Joseph Demanuele, Kurt Psaila

BurmarradFrom me to you Matthew Magro, Ryan Borg, Stephania Mifsud
Innocence has no place for racismStephania Mifsud, Glorie Oscar Akpan, Julian Mifsud
Racismhurts Jeremy Johnatan Mifsud, Trudy Camilleri, Ryan Borg

Qormi (San Bastjan)Together for a better world Erika Cassar, Owen Degorgio, Jake Vella
HamrunGail Schembri, Casey Bradbury, Clive Pace
B'KaraSharing brings love and peace Sumaya Ben Saad, Shaymaa Ben Saad, Amara Sylla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow