Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-ONOREVOLI CHRIS SAID B’REAZZJONI GĦALL-RAPPORTI FIL-MEDIA TAL-PARTIT LABURISTA

pr1575
Date Icon 29/08/2010

Rapporti qarrieqa  tal-media Laburista

Rapport imxandar mill-mediatal-Partit Laburista dwari, hu qarrieq u intenzjonat biss biex iħammeġ. Li ma qaletx il-media tal-Partit Laburista, allavolja tafu, kien li la il-Pulizija, la l-Avukat Ġenerali u lanqas il-Qorti tal-Maġistrati, independentement minn xulxin, ma sabu li kien hemm xi forma ta’ bażi biex xi każ ikun jista’ jinġieb kontra tieghi – lanqas jekk biss prima facie.
Il-każ dwar allegat xhieda falza taħtġurament kien investigat mill-Pulizija li ddeċidiet li ma hemmx każ. Il-każ kien eventwalment riferut lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li wkoll kkonferma li m’hemmx każ.
Wara dan, fi proċeduri kontral-Kummissarju tal-Pulizija li saru mill-individwu li għamel l-allegazzjoni, il-Qorti tal-Maġistrati iddeċidiet u kkonfermat li assolutament ma jeżistux raġunijiet għaliex għandhom jittieħdu proċeduri fil-konfront tiegħi.
L-allegazzjoni li saret minn danl-individwu hi assurda u bla bażi. Ma kien hemm l-ebda skop jew intenzjoni li fil-Qorti ma tingħadx il-verita’. L-individwu ipprova jaqbad ma’ dettall irrelevanti sabiex jagħmel allegazzjoni vojta. Il-Qorti stess iddeċidiet li dan id-dettall ma kellu ebda forma ta’ influenza jew effett fuq l-eżitu tal-kawża li kien qed jiġġieled fil-Qorti.
Għaldaqstant niddikjara li se nieħul-passi kollha neċessarji biex niddefendi r-reputazzjoni u l-integrita’ tiegħi u nżomm id-dritt li nfittex għad-danni lil min qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow