FINO TKOMPLI TINVESTI FIL-PRODOTTI TAGĦHA U FL-ENERĠIJA SOSTENIBBLI
pr1567
27/08/2010
| Il-kumpanija | FINO, li timmanifatura kif ukoll timporta l-għamara, għadha kif investiet mal-€1.25 miljun matul l-aħħar 12-il xahar f’showroom ġdida f’Santa Venera, fl-immodernizzar tax-showroom fl-Imrieħel kif ukoll f’sistema fotovoltajika li mistennija tkopri madwar 20% tal-konsum tal-enerġija ta’ din il-kumpanija. |
| Dan ħareġ | waqt żjara li l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said għamlu fil-kumpanija. Fost l-oħrajn intwerew il-pannelli fotovoltajiċi li saru b’investiment ta’ €200,000, 50% minnhom ko-finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u amministrati mill-Malta Enterprise. Dawn mistennija jipprovdu aktar minn 103,000 unit fis-sena, jew madwar 20% tal-konsum tal-kumpanija. Kien kalkulat li tul l-ewwel erba’ xhur tas-sena il-kumpanija Fino naqqset l-emissjonijiet ta’ CO2 b’23,494 kilogramma. |
| Il-Ministru | Tonio Fenech qal li dawn l-esperjenza tal-kumpanija Fino hija xhieda tal-fatt li anke wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, is-settur tal-għamara għad għandu rwol importanti xi jwettaq fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa tkellem ukoll dwar l-importanza tal-investimenti f’sistemi ta’ enerġija sostenibbli li barra li jwasslu għal tnaqqis fil-konsum u għalhekk fin-nefqa marbuta mal-enerġija, itejbu l-kwalità tal-ambjent li ngħixu fih u għalhekk jimpatta direttament fuq is-saħħa tagħna lkoll. |
| Huwa fakkar | kif mill-ewwel sejħa tal-Fond għall-Enerġija, amministrat mill-Malta Enterprise, 55 kumpanija bbenefikaw aktar minn €3m f’għajnuna biex jinvestu f’enerġija sostenibbli, filwaqt li aktar minn 350 kumpanija applikaw fit-tieni u t-tielet sejħa taħt dan il-fond. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said fisser | l-esperjenza ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea bħala mill-aktar pożittiva. Hu ta eżempju bil-konklużjonijiet ta’ rapport finali dwar il-mod kif intużaw il-fondi li Malta ħadet mill-Unjoni Ewropea bejn l-2004 u l-2006. Taħt il-Fond Soċjali Ewropew u l-programm Equal, tul l-ewwel tliet snin tas-sħubija saru erba’ proġetti. L-istatistika turi li l-miri li kienu stabbiliti oriġinarjament inqabżu tant li bil-fondi Ewropej inħolqu tliet darbiet aktar impjiegi milli kien ippjanat; tħarrġu erba’ darbiet aktar ħaddiema milli kien ippjanat; filwaqt li ngħatat għajnuna biex infetħu d-doppju tan-negozji żgħar li kienu ppjanati. |
| Chris Said | qal li dawn ir-riżultati waħidhom jixhdu s-suċċessi li qed tagħmel Malta bil-fondi Ewropej. Hu qal li l-Gvern qed jaħdem biex ikompli jaħsad il-frott tal-fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2007 u 2013. Fit-tliet snin li għaddew il-Malta Enterprise għaddiet 25 miljun ewro biex saru 396 progett minn SMEs differenti fl-oqsma tal-Enerġija, tal-Kompetittivita’ Internazzjonali, tal-E-Business u tal-Innovazzjoni. Min-naħa tagħha l-ETC sfruttat il-fondi Ewropej biex fasslet l-Employment Aid Programme u permezz tiegħu diġa’ sabet impjieg lil 800 ruħ. Il-mira hi li sakemm jintemm il-programm ikun instab impjieg għal 1,530 ruħ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990