Left arrow Mur Lura

AKTAR MINN 100 PROĠETT TA’ RESTAWR

pr1564
Date Icon 26/08/2010
Kullproġett ta’ restawr li jsir f’pajjiżna, kemm mill-Gvern kif ukoll mis-settur privat, ma hu xejn ħlief investiment fil-passat għall-futur. F’dawn l-aħħar ħames snin il-Gvern wettaq u ta lura lill-poplu ’l fuq minn 100 proġett ta’ restawr. Dawn il-proġetti twettqu f’ 40 lokalità madwar pajjiżna.  Dawn l-interventi jikkonsistu fost ohrajn f’restawr ta’ Bereġ, swar, kapelli, swar u monumenti oħra storiċi li għandna f’pajjiżna. Huwa dmir li pajjiżna jinvesti f’dan il-patrimonju kbir li aħna writna mingħand ta’ qabilna u li għandna d-dover nibżgħu għalih sabiex igawduh ukoll uliedna u l-ġenerazzjonijiet futuri.
Għalkemmir-restawr hu mifrux mal-pajjiż, ma jistax jonqos li tingħata attenzjoni partikolari lejn il-Belt Kapitali u ż-żona tal-Port il-Kbir fejn hemm 25 proġett ta’ restawr. Fost dawn insibu ir-restawr ta’;

·        is-Swar ta’ taħt il-qanpiena

·        fil-Knisja tal-Ġiżwti

·        it-Taraġ ta’ Sant’Ursula u ta’ San Ġwann

·        il-Bastjun ta’ Santa Barbara

·        Victoria Gate

·        il-Faċċati tal-Kon Katidral ta’ San Gwann

·        il-Biblioteka u l-portiku ta’ taħt il-biblioteka.

F’dawnl-aħħar snin twettqu wkoll mas-16-il proġett f’Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex ikkordina din il-ħidma, fost l-oħrajn l-arkata tal-Akwadott f’Victoria, u diversi xogħlijiet ta’ restawr fiċ-Ċittadella bħal Polverista.
L-akbarriżorsa li għandu pajjiżna hija r-riżorsa umana u l-ħaddiema li jaħdmu fir-restawr huma riżorsa imprezzabbli li qed jagħmlu xogħol bil-qalb u ta’ kwalità li qed juru l-ħila u l-kapaċitajiet tagħhom f’kull proġett li jsir.   Kontribut qawwi qed jingħata mill-MCAST, li qed jagħti taħriġ siewi liż-żgħażagħ u lill-ħaddiema.
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralijappella lill-pubbliku sabiex filwaqt li napprezzaw dejjem aktar dan il-patrimonju dinji li għandna x-xorti li jinsab f’pajjiżna, nżommu bl-akbar għożża dawn il-monumenti storiċi xhieda ħajja tal-istorja mqanqla ta’ pajjiżna. Huwa ta’ għajb li tul dawn l-aħħar ħames snin id-Dipartiment tar-Restawr kellu jintervjeni immedjatament f’xejn inqas minn 11-il darba sabiex jipproteġi monumenti jew bini storiku wara attakk vandalu.
Il-Gvernhu mpenjat li jkompli jħares dan il-wirt kbir ta’ pajjiżna. Illum il-ġurnata jekk wieħed izur il-Belt, l-Imdina, il-Birgu u c-Cittadella f’Għawdex jara l-iscaffolding mas-swar, indikazzjoni li għaddej l-akbar proġett ta’ restawr tas-swar li qatt sar f’pajjiżna. Bejniethom, dawn l-erba’ proġetti tar-restawr fl-erba’ Bliet msemmija, qed jinvolvu restawr ta’ madwar 135,000 metru kwadru ta’ faċċati ta’ swar fuq tul ta’ madwar 6 km ta’ fortifikazzjonijiet.  Dan il-proġett huwa ko-finanzjat taħt il-programm ERDF (European Regional Development Fund) b’stima totali ta’ madwar 36 miljun Ewro
Il-Gvernhu mpenjat li filwaqt li jippriserva dak li riedu jwasslulna missirijietna jagħti lil ġenerazzjonijiet li ġejjin dak li sibna aħna biex filwaqt li l-binijiet imprezzabbli jservu bħala mera tal-passat, jerġgħu jingħataw għat-tgawdija tal-pubbliku. Il-ħsieb tal-Gvern hu li postijiet li kienu inaċċessibbli jinbidlu fi spazzju miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familji. F’Ġunju ta’ din is-sena, il-Ministeru organizza open weekend fil-kontragwardja ta’ San Mikiel il-Belt, qabel ma nbdew interventi ta’ restawr. Il-pubbliku li attenda bi ħġaru seta’ jammira dan il-ġojjell ta’ pajjizna li qatt qabel ma kien miftuħ għan-nies. Il-ħsieb hu li dan il-post, wara li jseħħu l-interventi neċċessarji, jitħalla miftuħ għat-tgawdija ta’ kulħadd.
Sabiexkulħadd japprezza u jifhem dejjem aktar il-valur tas-swar ta’ pajjiżna,  fil-Belt Kapitali tagħna, il-post magħruf bħala Biagio Steps se jinbidel fl-ewwel ċentru interattiv dwar il-fortifikazzjonijiet. F’dan il-post wieħed mhux biss se jkun jista’ jara rappresentazzjonijiet tal-fortifikazjonijiet ta’ pajjiżna, iżda wkoll b’mod interattiv se jkun jista’ litteralment jidħol fis-swar. Se jkun hemm ukoll librerija li se jkun fiha dak kollu relatat ma’ dan il-wirt kbir ta’ pajjiżna. Twaqqa’ wkoll l-Oil Depot fil-Kalkara biex jinkixfru s-swar tal-Birgu u dawn jitgawdew mill-pubbliku fejn anki hawn se jinħoloq spazju ġdid għall-familji.
L-istorja ta’ pajjiżna mfissra f’dan il-wirt kbir liħallewlna ta’ qabilna rridu nkomplu nibżgħu għalih. Għalhekk jinsabu għaddejin numru ta’ proġetti oħra ta’ restawr, bl-aktar importanti nsibu xogħol fuq il-faċċati ta’ Kastilja u l-Pallazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Il-Gvern jirringrazzja lill kull min f’pajjiżna, kemm entitajiet governattivi kif ukoll għaqdiet non governattivi, qed jaħdem sabiex nippriservaw dak kollu li pajjiżna hu mogħni bih.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow