AKTAR MINN 100 PROĠETT TA’ RESTAWR
pr1564
26/08/2010
| Kull | proġett ta’ restawr li jsir f’pajjiżna, kemm mill-Gvern kif ukoll mis-settur privat, ma hu xejn ħlief investiment fil-passat għall-futur. F’dawn l-aħħar ħames snin il-Gvern wettaq u ta lura lill-poplu ’l fuq minn 100 proġett ta’ restawr. Dawn il-proġetti twettqu f’ 40 lokalità madwar pajjiżna. Dawn l-interventi jikkonsistu fost ohrajn f’restawr ta’ Bereġ, swar, kapelli, swar u monumenti oħra storiċi li għandna f’pajjiżna. Huwa dmir li pajjiżna jinvesti f’dan il-patrimonju kbir li aħna writna mingħand ta’ qabilna u li għandna d-dover nibżgħu għalih sabiex igawduh ukoll uliedna u l-ġenerazzjonijiet futuri. |
| Għalkemm | ir-restawr hu mifrux mal-pajjiż, ma jistax jonqos li tingħata attenzjoni partikolari lejn il-Belt Kapitali u ż-żona tal-Port il-Kbir fejn hemm 25 proġett ta’ restawr. Fost dawn insibu ir-restawr ta’; |
· is-Swar ta’ taħt il-qanpiena
· fil-Knisja tal-Ġiżwti
· it-Taraġ ta’ Sant’Ursula u ta’ San Ġwann
· il-Bastjun ta’ Santa Barbara
· Victoria Gate
· il-Faċċati tal-Kon Katidral ta’ San Gwann
· il-Biblioteka u l-portiku ta’ taħt il-biblioteka.
| F’dawn | l-aħħar snin twettqu wkoll mas-16-il proġett f’Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex ikkordina din il-ħidma, fost l-oħrajn l-arkata tal-Akwadott f’Victoria, u diversi xogħlijiet ta’ restawr fiċ-Ċittadella bħal Polverista. |
| L-akbar | riżorsa li għandu pajjiżna hija r-riżorsa umana u l-ħaddiema li jaħdmu fir-restawr huma riżorsa imprezzabbli li qed jagħmlu xogħol bil-qalb u ta’ kwalità li qed juru l-ħila u l-kapaċitajiet tagħhom f’kull proġett li jsir. Kontribut qawwi qed jingħata mill-MCAST, li qed jagħti taħriġ siewi liż-żgħażagħ u lill-ħaddiema. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jappella lill-pubbliku sabiex filwaqt li napprezzaw dejjem aktar dan il-patrimonju dinji li għandna x-xorti li jinsab f’pajjiżna, nżommu bl-akbar għożża dawn il-monumenti storiċi xhieda ħajja tal-istorja mqanqla ta’ pajjiżna. Huwa ta’ għajb li tul dawn l-aħħar ħames snin id-Dipartiment tar-Restawr kellu jintervjeni immedjatament f’xejn inqas minn 11-il darba sabiex jipproteġi monumenti jew bini storiku wara attakk vandalu. |
| Il-Gvern | hu mpenjat li jkompli jħares dan il-wirt kbir ta’ pajjiżna. Illum il-ġurnata jekk wieħed izur il-Belt, l-Imdina, il-Birgu u c-Cittadella f’Għawdex jara l-iscaffolding mas-swar, indikazzjoni li għaddej l-akbar proġett ta’ restawr tas-swar li qatt sar f’pajjiżna. Bejniethom, dawn l-erba’ proġetti tar-restawr fl-erba’ Bliet msemmija, qed jinvolvu restawr ta’ madwar 135,000 metru kwadru ta’ faċċati ta’ swar fuq tul ta’ madwar 6 km ta’ fortifikazzjonijiet. Dan il-proġett huwa ko-finanzjat taħt il-programm ERDF (European Regional Development Fund) b’stima totali ta’ madwar 36 miljun Ewro |
| Il-Gvern | hu mpenjat li filwaqt li jippriserva dak li riedu jwasslulna missirijietna jagħti lil ġenerazzjonijiet li ġejjin dak li sibna aħna biex filwaqt li l-binijiet imprezzabbli jservu bħala mera tal-passat, jerġgħu jingħataw għat-tgawdija tal-pubbliku. Il-ħsieb tal-Gvern hu li postijiet li kienu inaċċessibbli jinbidlu fi spazzju miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familji. F’Ġunju ta’ din is-sena, il-Ministeru organizza open weekend fil-kontragwardja ta’ San Mikiel il-Belt, qabel ma nbdew interventi ta’ restawr. Il-pubbliku li attenda bi ħġaru seta’ jammira dan il-ġojjell ta’ pajjizna li qatt qabel ma kien miftuħ għan-nies. Il-ħsieb hu li dan il-post, wara li jseħħu l-interventi neċċessarji, jitħalla miftuħ għat-tgawdija ta’ kulħadd. |
| Sabiex | kulħadd japprezza u jifhem dejjem aktar il-valur tas-swar ta’ pajjiżna, fil-Belt Kapitali tagħna, il-post magħruf bħala Biagio Steps se jinbidel fl-ewwel ċentru interattiv dwar il-fortifikazzjonijiet. F’dan il-post wieħed mhux biss se jkun jista’ jara rappresentazzjonijiet tal-fortifikazjonijiet ta’ pajjiżna, iżda wkoll b’mod interattiv se jkun jista’ litteralment jidħol fis-swar. Se jkun hemm ukoll librerija li se jkun fiha dak kollu relatat ma’ dan il-wirt kbir ta’ pajjiżna. Twaqqa’ wkoll l-Oil Depot fil-Kalkara biex jinkixfru s-swar tal-Birgu u dawn jitgawdew mill-pubbliku fejn anki hawn se jinħoloq spazju ġdid għall-familji. |
| L-istorja ta’ pajjiżna mfissra f’dan il-wirt kbir li | ħallewlna ta’ qabilna rridu nkomplu nibżgħu għalih. Għalhekk jinsabu għaddejin numru ta’ proġetti oħra ta’ restawr, bl-aktar importanti nsibu xogħol fuq il-faċċati ta’ Kastilja u l-Pallazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Il-Gvern jirringrazzja lill kull min f’pajjiżna, kemm entitajiet governattivi kif ukoll għaqdiet non governattivi, qed jaħdem sabiex nippriservaw dak kollu li pajjiżna hu mogħni bih. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990