Left arrow Mur Lura

SUĊĊESS F’DAN L-ISTAĠUN TAT-TADAM, PERMEZZ TAL-PJAN NAZZJONALI GĦALL- KONTROLL TAT-TUTA ABSOLUTA

pr1561
Date Icon 25/08/2010
44,000 voucherf’għajnuna fuq xiri ta’ pharomone traps
Dalgħodu l-Ministrugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor George Pullicino, flimkien mal-Assistent Parlamentari, l-Onor Philip Mifsud zaru serra tat-tadam fejn il-Ministru ta’ rendiokont fuq is-suċċess miksub f’dan l-istaġun tat-tadam fil-kontroll tat-tuta absoluta.
Minħabba t-theddidali ġab l-insett (Tuta absoluta) u l-ħsara li saret matul l-istaġun tat-tadam fl-2009, il-Ministeru ħass il-bżonn li jgħin lill-bdiewa lokali li jkabbru t-tadam għall- kontroll ta’ dan l-insett. Dan l-insett ġie interċettat għall-ewwel darba fil-gżejjer Maltin f’April 2009 u kien ikkunsidrat bħala theddida serja għall-produzzjoni tat-tadam kemm fis-serer kif ukoll fl-għelieqi.
Il-Ministeru aktarkmieni din is-sena ħabbar programm ta’ terz ta’ miljun ewro biex il-Gvern ikun jista’ jgħin lill-produtturi tat- tadam ħalli jiġi mplimentat pjan ta’ kontroll għal dan l-insett liema pjan serva biex inkiseb suċċess. Il-Ministru George Pullicino qal li r-riżultat għal dan l-istagun kien wieħed pożittiv ferm tant li fejn is-sena l-oħra kellu jinħaraq mal-20% tat-tadam din is-sena inqered biss mal-1% sa 2%. Il-Ministru Pullicino ħabbar ukoll li l-ġimgħa d-dieħla ha terġa’ tinfetaħ ir-reġistrazzjoni għat-tkabbir tat-tadam għall-istaġun minn Settembru sa Dicembru 2010. Din l-informazzjoni hija neċessarja biex id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti jkompli jsegwi u jikkontrolla dan l-insett.
Id-Diretturgħas-Saħħa tal-Pjanti, Dr Marica Gatt spjegat ukoll li l-ewwel ma sar hu li ssaħħaħ il-qasam leġislattiv, fejn ġie ippubblikat Avviz Legali u xejn anqas minn 7 notifiki tal-Gvern, li kienu jikkonsistu f’miżuri ta’ kontroll, linji gwida u istruzzjonijet. Twettqet ukoll kampanja ta’ informazzjoni qawwija b’laqgħat ta’ informazzjoni mal-bdiewa fost l-oħrajn sabiex dawn il-miżuri u l-prattiċi l-ġodda jindraw fost il-bdiewa. Id-Direttur spjegat ukoll li l-ewwel pass kien ir-reġistrazzjoni biex ikun stabbilit kemm hawn min qed ikabbar it-tadam u biex ikun jista’ jiġi imfassal aħjar il-pjan preventiv. Dawk li irreġistraw ibbenifikaw mil-vouchers li l-Gvern qassam sabiex jinghata sussidju fuq ix-xiri ta' pheromeone traps.
B'kollox kienu applikaw mal-1,200 bidwi li ddikjarawli jkabbru t-tadam fuq medda ta' 265 ettaru ta' art. Il-gvern qassam madwar 44,000 voucher lil dawn il-bdiewa u produtturi tat-tadam, kull voucher b'valur ta' aktar minn 50% skont fuq kull pharomone trap li jixtru. Għal din l-inizjattivja il-Gvern investa mal-€110,000.
Il-Ministru Pullicinoirrigrazzja lil bdiewa, lill-Għaqdiet tal-Produtturi kif ukoll lid-Dipartiment għal din il-ħidma li uriet li bl-għaqal tal-Gvern u bil-parteċipazzjoni kollettiva bejn il-bdiewa u l-għaqdiet tagħhom irnexielna negħlbu din l-isfida f’dan is-settur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow